Left arrow Go Back

TISĦIĦ TAL-KONTABILITA’ FL-UNJONI EWROPEA

pr140607mt
Date Icon 27/03/2014

“Il-kustodja tajba tal-fondi pubbliċi u amministrazzjoni effettiva jinħtieġu kontabbilita’ u awditjar. Verifika pubblika indipendenti hi essenzjali għal gvernar tajjeb ta’ pajjiż u din tagħmel differenza għall-aħjar fil-ħajja taċ-ċittadini.  L-awdituri pubbliċi għandhom sehem ewlieni biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet.” Dan kien il-messaġġ ta’ Dr Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), meta dalgħodu indirizza lill-Awdituri Ġenerali tal-Commonwealth.

Il-Konferenza tal-Awdituri Ġenerali tal-Commonwealth qed tiltaqa’ matul din il-ġimgħa biex tiddiskuti t-tema tal-indipendenza tal-awdituri pubbliċi u r-rappurtaġġ effettiv tal-ħidma tagħhom bħala kontribut favur l-iggvernar tajjeb tal-pajjiżi. Il-Konferenza hi ospitata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta.

Louis Galea fisser li arranġamenti effettivi u indipendenti ta’ awditjar pubbliku huma prekondizzjoni għal kontabbilita’, iggvernar tajjeb, leġittimita’ tal-istituzzjonijiet u fiduċja taċ-ċittadini f’dawn l-istituzzjonijiet. Huwa tkellem dwar il-prinċipji li jemfasizzaw l-Standards Internazzjonali f’dan il-qasam biex iseħħ iggvernar tajjeb ta’ pajjiż. Dawn il-prinċipji tal-ISSAI 12 għal iggvernar tajjeb jinkludu: tmexxija li tfittex il-konsensus, li hi kontabbli, trasparenti, li timxi mal-liġi, li tkun ekwa u inklussiva, u li taħdem kontra l-korruzzjoni. L-Unjoni Ewropea iżżid żewġ prinċipji oħra mal-prinċipji tal-ISSAI: is-sussidjarjeta’ u l-proporzjonalita’ fil-proċess tat-teħid ta-deċiżjonijiet.

Louis Galea qal li l-iskrutinju demokratiku tad-deċiżjonijiet u l-operat fin-nefqa tat-taxxi tal-poplu hi waħda mill-kwestjonijiet l-aktar importanti fl-UE. L-istituzzjonijiet tal-awdituri pubbliċi huma mistenni li jaħdmu: 1) għat-tisħiħ tal-kontabbilita’, t-trasparenza u l-integrita’ tal-gvern u tal-enti pubbliċi; 2) b’mod li jkunu rilevanti għaċ-ċittadini, il-Parlamenti u s-soċjeta’ ċivili; u 3) li huma stess jkunu organizazzjonijiet mudell biex ikunu eżempju għal ħadtieħor fir-rigward ta’ iggvernar tajjeb.

Louis Galea spjega fid-dettal l-istrateġija u l-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-kontribut tagħha favur l-interess finanzjarju taċ-ċittadini Ewropej. Huwa tkellem dwar l-isfidi li l-kriżi finanzjarja u ekonomika ġabet magħha fil-qasam tal-fiduċja pubblika u l-effett ta’ dan fuq il-proċessi tal-awditjar pubbliku fir-rigward tal-baġit u l-operat tal-Unjoni Ewropea. 

Fir-rapporti tagħha l-Qorti Ewropea tal-Awdituri temfasizza l-importanza li ċ-ċittadini jkunu jafu fuq xiex qed jintnefqu t-taxxi tagħhom u jekk in-nefqa pubblika hix qed twassal biex jinkisbu l-valur u r-riżultati maħsuba.

Rapport: pr140607a.pdfpr140607a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow