IL-PROĠETT TA’ SMART CITY GĦANDU POTENZJAL KBIR LI JATTIRA NEGOZJI BIEX JISTABILIXXU RUĦHOM FIH – IL-MINISTRU CARDONA
Il-Ministru tal-Ekonomija, Invetsiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona ppreseda fuq l-iffirmar ta’ ftehim bejn Smart City Malta u l-kumpanija fil-qasam turistiku FTIAS.
Fi Smart City Malta, l-Ministru Cardona ħa l-okkazzjoni jżur ukoll il-progress li qed isir fuq dan il-proġett, bil-Kap Ezekuttiv s-Sur Anthony Tabone jispjega li x-xogħol miexi kif ippjanat. Min-naha tiegħu, il-Ministru Cardona qal li l-proġett ta’ Smart City għandu potenzjal kbir li jattira negozji biex jistabilixxu ruħhom fiħ. Huwa feraħ lil FTIAS u l-FTI Group li rnexxilhom jassiguraw l-ispazju neċessarju fi Smart City qabel kumpaniji oħrajn.
Permezz ta’ dan il-ftehim FTIAS Meeting Point Malta and Meeting Point International se tkun qed tokkupa mal-4,000 metru kwadru fuq tlett sulari fil-bini ta’ Smart City. Il-kumpanija FTIAS li bdiet l-operat tagħha b’120 impjegat, se tkun qed tħaddem mal-250 persuna f’dawn l-uffiċini l-ġodda u fil-futur qed tħares li tkompli timpjega aktar nies.
Il-Ministru Cardona esprima l-apprezament tiegħu lil l-FTI Tourstik għar-rwol tagħha li tattira numru kbir ta’ turisti lejn Malta mill-Ġermanja, l-Awstrija u Svizzera. “Intom qed tikkontribwixxu għat-track rekord pozittiv ta’ Malta, fejn irnexxilna nattiraw numru rekord ta’ turisti lejn il-pajjiż” qal Dr Chris Cardona.
Il-Ministru Cardona feraħ lil FTIAS għal investiment sinifikanti li għamlu fil-kumpanija u għal l-impenn tagħhom biex joffru taħriġ intern kif ukoll estern lil l-impjegati billi jħallsulhom l-istudji tagħhom f’livell ta’ Diploma, Baċċellerat u anki Master’s. “Intom tagħrfu l-importanza li jkollna ekonomija bil-ħiliet neċessarji u qed tagħtu kontribut kbir biex dan il-għan jintlaħaq” qal il-Ministru.
Huwa awgura lil kumpanija aktar suċċess u temm l-intervent tiegħu billi qal li issa Smart City bil-miġja ta’ FTIAS saret ftit aktar Smart milli kienet.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en