INAWGURATA IS-SALA SJ8 ĠEWWA IR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAULE
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva, Dr. Franco Mercieca inawguraw il-proġett ta’ tisbiħ fis-Sala San Ġużepp 8 fir-residenza San Vinċenz de Paule.
Il-Ministru Coleiro Preca iddeskriviet il-proġett ta’ tisbiħ li sar fis-sala bħala miraklu ta’ xogħol. Sostniet li dak li sar kien importanti biex joħloq ambjent dinjituż għall-anzjani.
Il-Ministru Coleiro Preca faħħret it-tim ta’ ħaddiema li wettqu x-xogħol ta’ tisbiħ u fissret lill-anzjani bħala t-teżori tas-soċjeta’ Maltija.
Żiedet tgħid li hekk kif ninsabu fuq l-għatba t’anniversarji importanti għal pajjiżna, kienu l-istess anzjani li fil-passat ħadmu għal dawn il-kisbiet u għalhekk jixirqilhom kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca faħħar ix-xogħol li sar mit-tim tal-manutenzjoni tar-residenza San Vincenz de Paule stess. Dan ix-xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni mhux biss sar fil-ħin iżda sar ukoll mal-baġit stipulat.
Żied jgħid li dan huwa wkoll parti mix-xogħol tal-Gvern biex itejjeb l-iStandards għad-Djar Residenzjali tal-Anzjani, liema standards ħabbar f’konferenza oħra ftit qabel ma saret din l-attività ġewwa San Vinċenz de Paule.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en