LAQGĦA BEJN IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETTIVITA’ U TKABBIR EKONOMIKU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS U IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ AWSTRIJAKA DWAR ĦILIET TAL-INTRAPRENDITORIJA
Is-Segretarju Parlamentari Dr. Edward Zammit Lewis iltaqa’ mal-Kamra tal-Kummerċ Awstrijaka fejn iddiskutew il-ħiliet bażiċi u meħtiega biex iż-żgħażagħ jiġu introdotti għad-dinja tan-negozju.
Dr. Friederike Sozen, il-Kelliema tal-Kamra tal-Kummerċ Awstrijaka tkellmet dwar l-iskejjel vokazzjonali li fetħu għal dawn l-aħħar tlett snin fl-Awstrija stess u mbagħad segwiti f’pajjiżi oħra madwar l-Ewropa fejn r-riżultat kien wieħed ta’ suċċess. Għal dan il-għan Dr. Sozen esprimiet il-kooperazzjoni li dawn il-korsijiet diskussa jiġu rikonoxxuti f’Malta.
Dr. Edward Zammit Lewis semma li fil-qasam tal-ekonomija diġitali pajjiżi għandhom ifasslu pjan sistematiku għall-ħiliet b’mod partikolari fl-ICT u huwa għalhekk li ftit tal-gimgħat ilu l-Gvern Malti ta’ importanza speċifika lill-ekonomija diġitali u nieda l-eSkills Foundation biex ikompli bit-tisħiħ f’dan is-settur.
‘L-inizjattivi proposti mill-Kamra tal-Kummerċ Awstrijaka hija f’konformita’ mal-viżjoni tal-Gvern Malti u aħna lesti li nikkoperaw b’mod sħiħ f’dan is-settur’, sostna s-Segretarju Parlamentari Dr. Edward Zammit Lewis lil Kelliema tal-Kummerċ Awstrijaka.
Il-Gvern jinsab f’pożizzjoni li jesplora ħiliet varji fil-qasam tal-intraprenditorija u jkompli bit-tisħiħ tar-relazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en