ĊENTRU TAD-DENTISTRIJA ĠERJATRIKA F’SAN VINĊENZ DE PAUL
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ffirma ftehim mal-Università ta’ Malta li bis-saħħa tiegħu se jinfetaħ ċentru tad-dentistrija ġerjatrika f’San Vinċenz de Paul.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca fissret dan il-ftehim bħala wieħed li se jkompli joħloq solidarjetà inter-ġenerazzjonali fi ħdan ir-residenza għaliex se jkun hemm kuntatt dirett bejn l-istudenti żgħażagħ li qed jaspiraw li jsiru dentisti, u l-anzjani.
Spjegat li l-anzjani se jibqa’ jkollhom check-ups regolari permezz ta’ dan iċ-ċentru fir-residenza stess.
Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva, Dr. Franco Mercieca, li saħaq kif dan kien pass ieħor ħolistiku li l-management ta’ San Vinċenz de Paul qiegħed jieħu.
Spjega kif il-kura dentali u ġerjatrika hija importanti għall-anzjani minħabba li fin-nuqqas ta’ din il-kura jista’ jkun hemm effetti ħżiena f’saħħet l-anzjani.
Dan il-ftehim huwa l-ewwel pass sinifikanti biex tkompli titejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani li jgħixu fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en