L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI NAZZJONALI – IĊ-ĊAVETTA GĦAS-SUĊĊESS TA’ PAJJIŻNA
Imnedija strateġija kruċjali biex pajjiżna jsir art ta’ inovazzjoni kemm fil-qasam tal-ICT kif ukoll fin-negozju
Is-settur digitali huwa settur dinamiku li joffri opportunitajiet bla tarf. Għaldaqstant il-Gvern qed jaħdem qatigħ sabiex jegħleb l-isfidi kontemporanji ħalli pajjiżna jtejjeb il-kompetittività tiegħu u b’hekk tikber l-ekonomija. Dan qed ikun possibbli permezz ta’ diversi programmi li huma immirati biex inaqqsu d-digital divide. Il-Gvern ħadem id f’id ma’ kumpaniji bħall-Microsoft biex it-tfal jiġu mħarrġa sew fil-qasam diġitali ħalli jkunu lesti għad-dinja tax-xogħol.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem fuq l-importanza tat-teknoloġija u l-innovazzjoni f’pajjiżna u spjega kif strateġija bħal din se tgħin fil-ħolqien tax-xogħol. Il-viżjoni ta’ Digital Malta hi li nirnexxu bħala nazzjon diġitali permezz tal-użu tat-teknoloġija fis-setturi kollha tas-soċjetà. L-għanijiet prinċipali huma intiżi biex jitjieb il-livell ta’ għixien taċ-ċittadini, titnaqqas il-burkorazija, tiżdied l-effiċjenza u jkunu ffaċilitati kunċetti ta’ open groverment u e-democracy fost l-oħrajn.
Il-Prim Ministru spjega kif din hija strateġija wiesgħa li tinvolvi kull qasam tas-soċjetà u tindirizza l-bżonnijiet tal-Gvern, taċ-ċittadin kif ukoll tan-negozji. Strateġija li sabiex tiġi implimentata, pajjiżna se jaffaċċja żewġ sfidi elwenin; li l-oqsma kollha tas-soċjetà jkunu preparati u jkunu jafu jagħmlu użu mill-għodod tekonoloġiċi u li s-settur pubbliku jkun imħejji biżżejjed għal teknoloġiji ġodda b’interface up-to-standard li jkun aċċessibbli għal kulħadd kemm fuq kompjuter kif ukoll fuq smartphones.
Il-Prim Ministru qal li permezz tar-roll out tal-Karta tal-Identità l-ġdida, flimkien mal-applikazzjoni tal-Karta tal-Identità qed issir ukoll applikazzjoni, b’mod awtomatiku, tal-E-ID, b’hekk kull persuna residenti f’pajjiżna se jkollha wkoll l-identità elettronika tagħha. Dan se jiffaċilita l-użu tas-servizzi online.
Fl-aħħar nett il-Prim Ministru rringrazzja lill-MITA u l-MCA li ħadmu flimkien b’sinerġija għall-futur diġitali ta’ Malta. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, Edward Zammit Lewis.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en