Left arrow Go Back

GĦAJNUNA GĦAL MUŻIĊISTI ŻGĦAŻAGĦ PROSPETTIVI

pr140559mt
Date Icon 22/03/2014

Il-mużika hija parti fundamentali mill-kultura tal-bniedem, u b'hekk tiddetermina l-imġieba tiegħu. Meta nedukaw lill-istudenti tagħna dwar kunċetti mużikali, ma tkunx biss kwistjoni ta' noti.  L-istess bħal-lingwa, il-mużika hija waħda mill-affarijiet li tiddistingwixxi r-razza umana.

Kien fuq dan il-ħsieb li s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, ħabbar l-Iskema Baned għaż-Żgħażagħ.

Il-Każini tal-baned Maltin u Għawdxin se jiġu mgħejjuna biex jixtru strumenti u jħarrgu iż-żgħażagħ tagħhom sabiex jitgħallmu jdoqqu strument mużikali. 

Dan it-tip ta' taħriġ informali jgħin biex tibqa' t-tradizzjoni Maltija tal-baned. Verament diffiċili wieħed jaħseb fil-festa ta' belt jew raħal Malti mingħajr ma’ tfeġġ f'moħħu l-banda.  

Buontempo stqarr li l-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ fil-baned iżżomm sens ta' għaqda bejn membri tal-istess lokalità, li fil-ħajja mgħaġġla ta’ llum ħafna drabi, ftit li xejn ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu u jaqsmu ħin ta’ kwalità flimkien. 

Semma’ wkoll il-fatt li il-każini tal-baned tar-raħal iservu bħala post fejn membri tal-komunità lokali jmorru għal ftit tal-ħin ta’ żvog, u li kieku mhux għal postijiet bħal dawn, iż-żgħażagħ Maltin ikunu aktar esposti għal ċertu vizzji li sfortunatament toffri il-ħajja ta’ madwarna. Li ż-żgħażagħ jipparteċipaw f'baned tgħinhom iħossuhom parti mill-komunità fejn jgħixu u tgħinhom jinvolvu ruħhom f’rwol attiv li jwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà tagħna, u b'hekk titnaqqas l-esklużjoni soċjali. 

Ma setax jonqos li jissemma’ l-fatt li permezz tal-parteċipazzjoni fil-baned, fiż-żgħażagħ titrawwem fihom ċertu sens ta' dixxiplina, lealtà u rispett lejn il-ġid kollettiv tal-każin tal-banda in kwistjoni.

Iżda fuq aspett aktar individwali, meta wieħed jitgħallem strument, ikollu mezz li bih jista' jesprimi l-kreattività tiegħu. 

Ħafna talenti mużikali ta’ personaġġi kbar Maltin twieldu appunti mill-parteċipazzjoni fil-każini tal-baned tal-ibliet u l-irħula tagħna, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow