Left arrow Go Back

NOTIFIKA DWAR DEROGA GĦALL-KAĊĊA TAL-GAMIEM U S-SUMMIEN FIR-REBBIEGĦA 2014

pr140551mt
Date Icon 21/03/2014

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis (Malta) u kunsiderazzjoni tal-parametri legali u ta’ konservazzjoni, il-Gvern illum ippubblika Avviż Legali li jiddikjara l-ftuħ tal-iStaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2014 għall-Gamiema u s-Summiena (AL 87/2014).

Permezz ta’ dan l-Avviż Legali, l-iStaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2014 jer jiftaħ mis-Sibt 12 t’April sal-Erbgħa 30 t’April 2014, iż-żewġ dati inklużi.

Il-Wild Birds Regulation Unit fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ser joħroġ Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2014 għal kull min huwa eliġibbli li japplika skont il-proċedura stabbilita bil-liġi. Din il-liċenzja mhux trasferibbli tippermetti biss il-kaċċa għall-Gamiema u s-Summiena u l-ebda speċi oħra. L-ebda tip ta’ kaċċa ma tista’ ssir mingħajr din il-Liċenzja Speċjali.

Persuni li għandhom fil-pussess tagħhom il-Ktieb tal-Carnet de Chasse għall-Kaċċa tal-Għasafar / Fenek Selvaġġ (Frar 2014 – Jannar 2015) validu jistgħu japplikaw għall-Liċenzja Speċjali bejn it-Tnejn 24 ta’ Marzu sas-Sibt 29 ta’ Marzu 2014 fi kwalunkwe fergħa tal-MaltaPost waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Ma jiġux aċċettati aktar applikazzjonijiet wara id-29 ta’ Marzu 2014. L-applikanti huma meħtieġa juru l-Karta tal-Identità tagħhom flimkien mal-Ktieb tal-Carnet de Chasse għall-Kaċċa tal-Għasafar / Fenek Selvaġġ (Frar 2014 – Jannar 2015) meta jmorru japplikaw. Min ma jistax japplika personalment jista’ jibgħat lill- ħaddieħor minfloku, l-importanti li l-persuna l-oħra tieħu magħha l-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan tal-applikant (kopji huma biżejjed f’każ ta’ safar) u l-Ktieb tal-Carnet de Chasse għall-Kaċċa tal-Għasafar / Fenek Selvaġġ (Frar 2014 – Jannar 2015), u tippreżenthom lill-uffiċjal tal-MaltaPost, flimkien mal-karta tal-identità tal-persuna li ser tapplika f’isem l-applikant.

Il-kwota nazzjonali tal-qbid għal dan l-istaġun hija stabbilita għal 11,000 Gamiema u 5,000 Summiena. Il-persuna liċenzjata ma tistax taqbeż il-kwota ta’ żewġ (2) għasafar (gamiema u/jew summiena) fi kwalunkwe ġurnata u mhux aktar minn erbgħa (4) għasafar (gamiema u/jew summiena) tul l-istaġun kollu. Il-kaċċatur huwa obbligat bil-liġi li jirrapporta x’qabad immedjatament permezz ta’ SMS minn numru tal-mowbajl tiegħu li niżżel fl-applikazzjoni kif ukoll, qabel jitlaq mill-post fejn kien għall-kaċċa, iniżżel fil-Ktieb tal-Carnet de Chasse għall-Kaċċa tal-Għasafar / Fenek Selvaġġ (Frar 2014 – Jannar 2015) id-data, l-ispeċi u l-ammont li jkun qabad. Jekk ma jkun qabad xejn irid iniżżel id-data u jimmarka 0 jew X.

Il-kaċċa hija permessa biss waqt l-istaġun miftuħ minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar (2pm) mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibt, il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar (12pm).

Min jikser il-liġi huwa suġġett għall-proċeduri kriminali u għal multi aktar għolja kif introdotti f’Ottubru 2013. L-osservazzjoni u konformità mal-liġi u l-proviżżjonijiet relatati mal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2014 ser ikunu strettament sorveljati. Huwa fl-interess tal-għaqdiet tal-kaċċa u tal-kaċċaturi stess li jassiguraw li l-ebda forma ta’ kaċċa illegali ma sseħħ għax din it-tip ta’ illegalità timmina il-futur tad-derogi għall-kaċċa. Ksur tal-liġi mhux ser ikun tollerat u min jikser il-liġi ser jiffaċċja multi aktar ħorox.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow