IL-MEUSAC FLIMKIEN MAL-UFFIĊĊJU GĦALL-INFORMAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW F'MALTA JORGANIZZA DISKUSSJONI BL-ISEM "L-EWROPA XI TFISSER GĦALL-BDIEWA U GĦAR-RAĦĦALA? KIF JISTA' MEP JAGĦMEL DIFFERENZA?"
Din kienet it-tema ta’diskussjoni bejn rappreżentanti tal-bdiewa u r-raħħala u persuni oħrainteressati fis-settur agrikolu u kandidati fl-elezzjoni għall-ParlamentEwropew (PE) ta’ Mejju li ġej. Il-laqgħa saret it-Tlieta fl-Istituttal-Agrikoltura tal-MCAST u ġiet organizzata mill-MEUSAC u mill-Uffiċċjutal-Parlament Ewropew f’Malta bħala parti minn kampanja ta' informazzjoni dwarl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-24 ta' Mejju.
Is-Sur Stefano Mallia u Dott.Therese Comodini Cachia mill-Partit Nazzjonalista, Dott. Alfred Sant u s-SurMario Farrugia Borg mill-Partit Laburista, u l-Perit Carmel Cacopardomill-Alternattiva Demokratika ngħataw l-opportunità li jisimgħu lill-bdiewa ur-raħħala stess jitkellmu dwar l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom minnmindu Malta saret parti mill-Unjoni Ewropea.
Fil-ftuħ tad-diskussjoni, il-Kaptal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb fakkar fl-investiment li sar matul is-snin, ankeb’fondi mill-Unjoni Ewropea, sabiex l-industrija agrikola tibqa’ waħdarelevanti. Dott Xuereb saħaq l-importanza li mill-ewwel ġurnata meta jiġueletti s-sitt membri tal-Parlament Ewropew (MPE) ġodda Maltin, l-operaturifis-settur jistabbilixxu kuntatt regolari ma’ dawn ir-rappreżentanti biexjassiguraw li l-interessi tagħhom jaslu wkoll fil-laqgħat li jsiru fil-PE.Għamel ukoll appell lill-kandidati kollha biex jimpenjaw ruħhom ħalli dawkminnhom li jiġu eletti jżommu din l-industrija viċin tagħhhom u flimkienmal-operaturi jantiċipaw minn qabel sfidi ġodda li jkunu ser jiġu diskussifl-Unjoni Ewropea.
Dott. Leonard Mizzi, Kapfid-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-KummissjoniEwropea, tkellem dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-Politika Agrikola Komunital-Unjoni Ewropea 2014-2020. Fakkar ukoll li kull Stat Membru tal-UnjoniEwropea għandu d-diffikultajiet marbutin mas-settur agrikolu. Qal li allurajeżisti l-bżonn li pajjiżna jidentifika kunċetti, bħall-marki ta’ kwalità ul-lokalizzazzjoni, sabiex is-settur ikun jista’ jibqa’ vijabbli.
Il-bdiewa u r-raħħala preżentiindirizzaw diversi setturi agrikoli fosthom il-produzzjoni tal-ħalib,it-tkabbir tal-frott u l-ħxejjex, it-trobbija tal-majjali u l-kultivazzjonitan-naħal. Flimkien ma’ għadd ta’ interventi oħra minn studenti tal-MCAST, humaddiskutew il-limitazzjonijiet ta’ pajjiżna u l-bżonn urġenti li jkun hemminterventi sabiex l-industrija agrikola ma tkomplix tkun mhedda.
Min-naħa tagħhom, il-kandidatipreżenti wegħdu l-appoġġ tagħhom lil din l-industrija u saħqu fuq il-bżonn lijibqgħu viċin l-operaturi anke wara li jiġu eletti. Wieġbu wkoll dwar temimqajma bħall-użu tal-ilma, l-użu tal-pestiċidi, is-suq ħieles tal-UnjoniEwropea, it-trasferiment ta’ art agrikola f’Malta u t-tneħħija tal-kwoti.
Fl-għeluq tad-diskussjoni, il-Kaptal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, Dott. Peter Agius, fakkar kifil-Parlament Ewropew huwa waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin fejn jittieħdud-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Qal li għalhekk huwa importanti li l-bdiewau r-raħħala jaħtfu l-opportunità tal-elezzjonijiet li ġejjin sabiex jaħdmu idf’id mal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin, idealment qabel ma jkunu ttieħdud-deċiżjonijiet finali mill-istituzzjonijiet Ewropej.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en