Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI ŻŻUR IT-TLETTAX -IL EDIZZJONI TAL-CORPORATE SOCIAL RESPONSABILITY DAY

pr140529
Date Icon 19/03/2014

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili,  Dr. Helena Dalli għamlet żjara lill-ħaddiema li pparteċipaw fit-tlettax -il edizzjoni tal-Corporate Social Responsibility Day. Din hija attività annwali organizzata mill-HSBC bis-sehem ta’ diversi kumpaniji oħra.

Waqt din iż-żjara l-Ministru ħabbret li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali u l-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Volontarjat biex fil-ġimgħat li ġejjin jitnieda proċess ta’ konsultazzjoni bil-għan li jiġi aġġornat l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Il-proċess ta’ konsultazzjoni se jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha sabiex ikun żgurat li din il-liġi verament taqdi l-ħtiġijiet tal-għaqdiet volontarji bl-aħjar mod possibli.

Dr. Dalli tkellmet ukoll dwar id-diversi miżuri li ħa dan il-Gvern biex jgħin lill-għaqdiet mhux governattivi. Fost dawn kien hemm żieda ta’ €600,000 fl-NGO Fund bil-għan li jiġu megħjuna b’mod finanzjarju organizzazzjonijiet li joffru servizz soċjali bħal respite, counselling, terapija, shelters u servizzi oħra.  Dan barra s-servizz kontinwu li qed jingħata lis-soċjetà ċivili permezz tal-MEUSAC biex tibbenefika minn fondi Ewropej u diversi skemi finanzjarji oħra bħall-Fond għas-Soċjetà Ċivili u l-Fond ta’ Kofinanzjament għal Proġetti Ewropej.

F’din l-edizzjoni tal-Corporate Social Responsibility Day ’il fuq minn 500 ħaddiem mill-kumpaniji HSBC, Farsons, MSV Life, Munich Re, Vassallo Group u Tumas Group għamlu xogħol strutturali u ta’ tisbieħ lil diversi organizzazzjonijiet.  Id-djar u l-istituzzjonijiet li din is-sena ibbenefikaw mix-xogħol volontarju ta’ din l-attività jinkludu lil Ċentru Taħriġ, Fondazzjoni St. Jeanne Antide, Dar il-Wens, Young People’s Unit, St. Joseph’s Home u Dar Merħba Bik.

Filwaqt li rringrazzjat lil HSBC Malta Foundation u lill-kumpaniji kollha li ħadu sehem fil-Corporate Social Responsibility Day, il-Ministru Helena Dalli saħħqet fuq il-bżonn li aktar intrapriżi jissieħbu f’dan l-għan u oħrajn simili.  Hija qalet li attivitajiet bħal dawn m’humiex biss ta’ benefiċċju għall-għaqdiet mhux governattivi u s-soċjetà in ġenerali iżda wkoll ta’ benefiċċju għal dawk il-kumpaniji li jorganizzawhom.  Dan għaliex dawn l-attivitajiet iservu biex isaħħu l-għaqda fost l-impjegati ta’ dawn il-kumpaniji.  Il-Ministru Dalli tenniet li minn naħa l-oħra l-Gvern huwa kommess li jagħti s-sapport meħtieg lin-negozji li jgħinu lill-għaqdiet volontarji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow