STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA' NAZZJONALI -L-Uffiċjali kollha tal-Armata kienu security cleared
L-uffiċjali kollha tal-armata li ssemmew mill-Oppożizzjoni kellhom Security Clearance f’Awwissu 2013. Fil-każ tal-Brigadier Jeffrey Curmi, is-Security Clearance ilha li ngħata mill-2008. Bħal f’kull każ ieħor din is-Security Clearance toħroġ mis-Servizzi tas-Sigurta’ u hija ċertifikata.
Din hija falza stikka ta’ min ma għandux lanqas għarfien bażiku ta’ kif jimxu l-affarijiet fl-Armata. L-affarijiet imxew kif imxew f’każijiet simili fil-passat.
Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi misshom jafu li fl-2007 taħt Gvern tal-PN ingħataw promozzjoni en masse numru ta’ Kurunelli li ngħataw Security Clearance fi grad ta’ Top Secret biss erba’ snin u f’każijiet anke ħames snin wara, fl-2011 u l-2012.
Fil-każ tal-promozzjonijiet li saru fl-Armata riċentament, l-uffiċjali kollha għandhom il-Clearance kollu neċessarju u dan huwa ċertifikat.
Il-konferenza stampa tal-Oppożizzjoni kienet gidba mill-bidu sal-aħħar.
L-irresponsabbilta’ tal-Oppożizzjoni qed taqa’ fl-iktar livelli baxxi sempliċiment biex jimminaw il-Forzi tal-Ordni u l-istituzzjonijiet kollha ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en