Left arrow Go Back

KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TKABBIR EKONOMIKU BEJN MALTA U L-EMIRATI GĦARAB MAQGĦUDA

pr140509mt
Date Icon 17/03/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona jinsab fuq żjara fl-Emirati Għarab Maqgħuda, fejn qiegħed imexxi delegazzjoni komposta minn negozjanti Maltin u rappreżentanti ta’ aġenzji governattivi u korpi kostitwiti.

F’Laqgħa li kellu mal-Ministru tal-Ekonomija tal-Emirati Għarab Maqgħuda, Sultan bin Saeed al Masouri, sar ftehim biex iz-zewġ naħat jaħtru kumitat konġunt bil-għan li jidentifika strateġiji ekonomiċi li jwasslu għal tkabbir ekonomiku.

“Dan huwa pass ieħor importanti fil-ħidma li qiegħed iwettaq dan il-Gvern biex jattira aktar investiment dirett barrani lejn il-pajjiż u jkompli jimmassimizza l-potenzjal ekonomiku ta’ Malta. Dan il-ftehim jgħati wkoll xhieda ta’ kemm pajjiżi oħrajn qed iħarsu pozittivament lejn l-istrateġija ekonomika tal-Gvern” qal il-Ministru Cardona.

Minnaħa tiegħu l-Ministru tal-Ekonomija tal-Emirati Għarab Maqgħuda fisser dan il-ftehim bħala bidu ġdid fir-relazzjonijiet bejn iz-zewġ pajjizi, fejn se tkun qed issir ħidma biex iz-zewġ naħat jilħqu l-objettivi u l-miri ekonomiċi tagħhom.

Il-Ministru Chris Cardona f’Dubai kellu sensiela ta’ laqgħat ta’ natura kummerċjali u politiċi, fosthom mal-ammanistrazzjoni ta’ Jebel Ali Free Zone kif ukoll mal-Kamra tal-kummerċ ta’ Dubai. F’Dubai l-Ministru Malti kellu wkoll laqgħat mat-Tecom, fejn fil-presenza tal-Kap Ezekuttiv ta’ Smart City u Konslu Ġenerali għal Malta f’Dubai, s-Sur Anthony Tabone kienu diskussa l-aħħar żvillupi dwar il-proġett ta’ Smart City f’Malta.

Fil-laqgħat, il-Ministru Chris Cardona tkellem dwar is-suċċess ekonomiku li qiegħed jagħmel pajjiżna, fejn fl-ewwel 10 xhur ta’ Gvern Ġdid kien irreġistrat tkabbir ekonomiku d-doppju tar-rati reġistrati fl-2011 u l-2012, waqt li r-rata ta’ tkabbir fl-impjiegi aktar milli rdubbjat.

“Il-Gvern Malti huwa kommess li jiffaċċilita’ n-negozju bejn Malta u l-Emirati Għarab Maqgħuda, fl-interess taz-zewġ naħat” qal il-Ministru Cardona. Dan filwaqt li fakkar kif il-Gvern tal-Emirati Għarab Maqgħuda aċċetta proposta li biha l-Maltin mhux se jibqu jkollhom bzonn jagħmlu visa biex jidħlu fil-pajjiż. Dr. Chris Cardona qal li l-Gvern Malti se jibqa’ jimpenja ruħu f’dan ir-reġjun għaliex l-intenzjoni hija dik tinbena relazzjoni b’saħħitha u fit-tul għal benefiċċju taz-zewġ pajjizi u għal benefiċċju tan-negozji Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow