GĦOTJA TA’ DARBA GĦAL VETTURI REĠISTRATI U LIĊENZJATI GĦALL-UŻU PERSONALI BEJN L-1 TA’ MEJJU 2004 U L-31 TA’ DIĊEMBRU, 2008
Ivvalidati aktar minn 3,500 applikazzjoni
Aktar minn 3,500 applikazzjoni għal “Għotja ta’ darba għal vetturi reġistrati u liċenzjati għall-użu personali bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru, 2008” ġew ivvalidati sa issa.
Kull min jaħseb li huwa eliġibbli għal din l-iskema għandu jniżżel formola minn fuq il-websajt ta’ Transport Malta www.transport.gov.mt jew jiġbor formola mill-uffiċji ta’ Transport Malta, mill-Ministeri u mill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex.
Ebda dokumentazzjoni oħra ma hija meħtieġa mal-applikazzjoni, jekk persuna se tapplika f’isimha.
Wara li ntlaqgħu s-suġġerimenti mill-pubbliku, persuni eliġibbli li sal-lum ġew neqsin, issa se jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll. F’dan il-każ, flimkien mal-applikazzjoni, il-werrieta jridu jissottomettu dikjarazzjoni ffirmata minn nutar.
L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew kollha, jiġu ffirmati u mibgħuta bil-posta jew b’mod personali lil Transport Malta, Sa Maison, Floriana jew l-Uffiċċju tal-Liċenzji, Rabat, Għawdex. Dan sa mhux iżjed tard mit-28 ta’ Marzu li ġej.
Għal aktar informazzjoni u assistenza, wieħed jista’ jikkuntatja l-Customer Care Unit permezz tal- freephone 8007-2373 waqt il-ħinijiet tax-xogħol jew b’email grantscheme.tm@transport.gov.mt.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en