RIKONOXXIMENT GĦALL-VOLONTARJAT MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
“Aħna ferm grati għax-xogħol siewi ta’ volontarjat li qegħdin jagħmlu iż-żgħażagħ”. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, meta ppreżenta għajnuna finanzjarja lil sitta u tletin għaqda li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom taħt l-iskema A4U, liema skema kella l-għan ewlieni li tgħinu lil min jgħin.
Buontempo kompla jgħid li “qegħdin inħeġġu lill-gruppi taż-żgħażagħ joħorġu b’ideat innovatti biex b’hekk irawmu ħiliet ġodda għal mexxejja taż-żgħażagħ. B’hekk ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod attiv fil-komunità . Iżda mhux biss, anke li jtejbu l-ambjent fejn huma jaħdmu. Din kienet wegħda oħra tal-Manifest Elettorali”
Huwa qal li pajjiżna qatt ma kien jasal fejn wasal illum mingħajr il-kontribut qawwi tal-ħidma li ssir mill-volontiera li jaħdmu bla ħlas. Kieku dawk kollha li jmexxu xi għaqda kellhom kollha jitolbu l-ħlas għal dak kollu li jagħmlu, kieku jieqaf kollox għax l-ispiza tkun ferm għolja.
“Il-Gvern qed jirrikonoxxi il-ħidma ta’ dawn il-voluntiera u jrid li f’dan il-pajjiż ikonna leaders li bis-sehem tagħhom jħallu impatt u jkunu ta’ role models għal oħrajn. Qed naħdmu biex kulħadd ikollu l-opportunità li jiżviluppa il-personalità u l-ħiliet tiegħu. Aħna emmina fikom u fil-ħidma tagħkom u għal dan qed tiġu apprezzati.Is-sagrifiċċji li jsiru minn tant nies b'sens ta' mħabba lejn ix-xogħol fil-Komunità u lejn il-proxxmu jagħmluna kburin bħala poplu.” Tenna jgħid Stefan Buontempo.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en