Left arrow Go Back

L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI, ANĠLU FARRUGIA, JATTENDI KONFERENZA INTERNAZZJONALI F’RUMA

pr140472mt
Date Icon 13/03/2014

Fuq stedina tal-E.T. Laura Boldrini, President tal-Kamra tad-Deputati Taljani, u tal-E.T. Evangelos-Vasileios Meimarakis, President tal-Parlament Grieg, l-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, illum qed jattendi Konferenza Internazzjonali bit-titlu “What Europe Stands For – Growth, Jobs and Rights: will the European Union rise to the occasion?”, li qed issir fil-Kamra tad-Deputati Taljani fil-Palazz Montecitorio, Ruma. Il-President tar-Repubblika Taljana, l-E.T. Giorgio Napolitano, mistenni jattendi għas-sessjoni tal-ftuħ.

L-Ispeaker se jagħmel l-intervent tiegħu wara nofsinhar matul l-ewwel sessjoni li se titratta is-suġġett ‘Overcoming the crisis: promoting robust and sustainable growth based on sound employment’.

L-Ispeaker Farrugia huwa akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Abela, Whip għan-naħa tal-Gvern, u l-Onor. Frederick Azzopardi, Deputy Whip għan-naħa tal-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow