STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
Aktar servizzi fil-qalba tal-komunitajiet Għawdxin
Illum, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nedew servizz ta’ customer care tas-sigurtà soċjali fil-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u tal-Qala.
L-għoti ta’ dan is-servizz se jkun qiegħed ikopri kwalunke mistoqsija dwar il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali, kwalunke tibdil ta’ ċirkostanzi, tiġdid tal-Karta r-Roża, sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-mard u kwalunke talba oħra għall-informazzjoni dwar sigurtà soċjali.
B’hekk, issa, huma erba’ l-Kunsilli Lokali f’Għawdex li qed jipprovdu dan is-servizz fil-qalba tal-komunitajiet Għawdxin - ix-Xewkija, il-Qala, Ta’ Sannat u x-Xagħra.
Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li bl-introduzzjoni ta’ dan is-servizz se nkunu qed nersqu eqreb lejn iċ-ċittadin, b’mod partikolari f’Għawdex, fejn il-maġġoranza tas-servizzi jingħataw fir-Rabat. Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li t-tnedija ta’ servizzi ta’ customer care f’lokalitajiet ġodda f’Għawdex ser tkompli tgħin biex titwettaq politika soċjali li ser tkun qed tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ Għawdex.
Is-servizz fil-Kunsill Lokali tal-Qala se jingħata kull nhar ta’ Ġimgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar, filwaqt li fix-Xewkija s-servizz se jingħata kull nhar ta’ Tlieta fl-istess ħinijiet.
It-tnedija ta’ dan is-servizz fix-Xewkija u l-Qala jsegwi l-introduzzjoni tas-servizz fis-Sannat f’Novembru li għadda.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en