Left arrow Go Back

AKTAR MA L-PRODOTTI FIS-SUQ IKUNU SOSTENIBBLI AKTAR IKUNU KOMPETITTIVI - IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr140451
Date Icon 10/03/2014

Spiċċa ż-żmien li meta tintroduċi prodotti sostenibbli fis-suq tkun qiegħed biss timmina l-kompettitività tal-istess prodotti. Anzi għall-kuntrarju aktar ma prodott ikun sostenibbli aktar isir kompetittiv.  Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet mnedija mir-rappreżentanti lokali tal-kumpanija multinazzjonali UNILEVER dwar l-introduzzjoni ta' prodotti ġodda fis-suq lokali.

 Il-Ministru Leo Brincat qal li għalkemm il-Gvern mhux ser joħroġ għonqu biex jappoġġja prodotti speċifiċi ta' ditti partikolari, xorta waħda jemmen li għandha tingħata merħba lil kull prodott sostenibbli li jiġi introdott għall-benefiċċju tal-konsumaturi, hu x'inhu l-qasam involut.

Il-Ministru Brincat qal li dan jgħodd l-aktar meta l-prodott ikkonċernat jgħin biex jitnaqqsu l-gassijiet serra fil-pajjiż u jnaqqas l-impatt tal-iskart iġġenerat minħabba l-mod kif il-prodott jista’ jiġi mċekken fid- daqs.

Il-Ministru Brincat qal li għalkemm huwa dmir tal-Gvernijiet li jmexxu bl-eżempju, huwa ta' sodisfazzjon li jara tant kumpaniji u ditti barranin u lokali jagħtu daqstant importanza lill- prodotti sostenibbli.

Il-Ministru Leo Brincat qal li dawn huma eżempji tipiċi u ħajjin ta' dawk li jissejħu eco-friendly products - prodotti li jħarsu l-ambjent ta' madwarna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow