L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATUR ŻVEDIŻ
pr140431mt
07/03/2014
Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur Żvediż, ET Lars-Hjalmar Wide.
Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom iż-żieda fil-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi dovuta l-iżjed għall-importazzjoni ta’ mineral fuel, ko-operazzjoni fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u bdil fis-settur tat-turiżmu. Saret referenza għall-ġemellaġġ bejn l-Imtarfa u Arvidsjaur, lokalita f’Lapland, l-iŻvezja.
Matul il-laqgħa, issemmew ukoll is-suġġetti tan-Newtralità u tal-burden-sharing ta’ dawk li jfittxu l-asil f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en