TIĠDID TAS-SERVIZZ PUBBLIKU: SERVIZZ AĦJAR GĦAN-NIES
Servizz pubbliku aħjar għal kulħadd. Din kienet it-tema tal-konferenza li fiha l-Prim Ministru indirizza lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi li tlaqqgħu biex flimkien jiġi diskuss tiġdid fis-Servizz Pubbliku. Saħaq fuq l-importanza li jsir dan it-tiġdid sabiex is-Servizz Pubbliku ma jibqax iffukkat fuq strutturi interni iżda sabiex jagħti iktar lill-klijent tiegħu –lill-pubbliku ġenerali. L-immedjatezza u l-ħin huma kommodità li saret priorità għal kulħadd u għaldaqstant ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jiddiskutu t-teħid ta’ deċiżjonijiet f’waqthom. Is-Servizz Pubbliku jrid ikun ‘Model employer’ ukoll li jħaddem miegħu nies b’ħiliet differenti u li jħaddan family friendly measures li jħares policies tal-Gvern rigward il-prekarjat. Jemmen li jista’ jsir progress sabiex in-nies jingħataw dak li qed jistennew mis-Servizz Pubbliku.
Indirizza wkoll il-konferenza s-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar li qal li s-Servizz Pubbliku jeħtieġ janalizza xejriet fis-soċjetà sabiex ifassal policies meħtieġa f’soċjetà, li dejjem qed tinbidel. Għal dan l-għan jeħtieġ li s-Servizz Pubbliku jattira persuni b’ħiliet sabiex jitfasslu policies ġodda li jindirizzaw r-realtajiet tal-lum. Enfasizza li l-konferenza se sservi ta’ proċess ta’ konsultazzjoni sabiex joħorġu iktar ideat għal-Servizz Pubbliku aħjar.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li l-ogħla tmexxija tas-servizz pubbliku trid tara fejn se tasal bil-ħamsin rakkommandazzjoni li tfasslu dwar it-tiġdid tas-servizz pubbliku. Dawn se jitressqu wkoll quddiem l-imsieħba socjali fl-MCESD il-ġimgħa d-dieħla.
Fakkar li l-viżjoni tal-Gvern għas-servizz pubbliku hija li dan ikun kapaċi jiddeċiedi biex jaqdi aktar il-ħtiġiet tal-pubbliku. Għalhekk il-bżonn ta’ aġenti tal-bidla fis-saffi kollha tas-servizz.
Huwa enfasizza wkoll l-kunċett ta’ One-Stop-Shop. Is-Sur Mario Cutajar saħaq fuq l-importanza ta’ One-Stop-Shop f’diversi żoni għal dawk kollha li jiġu bżonn is-servizzi li joffri s-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, diġà beda x-xogħol fuq it-twaqqif ta’One-Stop-Shops billi se jiġu inkorporati servizzi oħra ma’ dawk li diġà jingħataw mill-uffiċċji tas-Servizzi Soċjali. L-eGov ser jibqa’ jingħata l-importanza tiegħu iżda hemm bżonn li dawk in-nies li ma jħossuhomx kunfidenti jużaw it-teknoloġija, isibu fejn jinqdew ukoll.
Irrefera wkoll fost l-oħrajn dwar il-bżonn li t-tmexxija tas-servizz pubbliku tissaħħaħ biex tingħeleb il-kriżi fit-tmexxija u sistema ta’ konformità tinbidel f’waħda li tieħu d-deċiżjonijiet imsejsa fuq il-professjonaliżmu. Is-sur Cutajar saħaq li mhux in-nies joqgħodu għas-sistema iżda s-sistema trid tinbidel biex taqdi l-bżonnijiet tan-nies.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en