Left arrow Go Back

1,000 PARI ŻRABEN MAQBUDA MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA SABIEX JINAGĦTAW BĦALA DONAZZJONI LIS-SERVIZZI TA’ DETENZJONI, NGOS U ENTITAJIET OĦRA

pr140401mt
Date Icon 05/03/2014

1,000 par żarbun li ġew maqbuda mid-Dipartiment tad-Dwana se jinagħtaw bħala donazzjoni lis-Servizzi ta’ Detenzjoni u entitajiet u NGOs oħra li jaħdmu mal-immigranti, ħabbar il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna.

Il-Ministru Scicluna kien qed jitkellem waqt konferenza stampa fid-Dwana nhar it-Tlieta 4 ta’ Marzu 2014, fejn huwa ħabbar id-donazzjoni filwaqt li tkellem ukoll dwar l-importanza tax-xogħol li jsir fid-Dipartiment tad-Dwana.

Waqt li kien qed jitkellem, flimkien mad-Direttur Ġenerali tad-Dwana s-Sur Joseph P. Brincat, il-Prof. Scicluna spjega kif d-Dipartiment tad-Dwana jaqbad tipi ta’ oġġetti differenti fil-kors tal-imblukkar  tad-dħul ta’ oġġetti llegali.

Huwa qal li jiddependi minn l-oġġetti maqbuda jkunux ġenwini jew foloz jekk jiġux distrutti jew irkantati. Fil-każ li jiġu rkantati, l-oġġetti maqbuda jipprovdu sors ta’ dħul lill-Gvern.

Hu spjega wkoll li saret talba sabiex titneħħa l-marka oriġinali tal-prodotti foloz maqbuda, sabiex dawn ikunu jistgħu jingħataw għall-karità aktar milli jinqerdu, saret minn NGO u qed tiġi studjata b'mod serju.

Il-Ministru Scicluna qal “huwa importanti li nuru li d-Dipartiment tad-Dwana qed jaħdem bis-sħiħ sabiex jinqabdu l-oġġetti llegali.” Huwa żied jgħid li filwaqt li donazzjonijiet simili saru fil-passat, hija l-ewwel darba li qed isseħħ donazzjoni daqshekk kbira.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow