Left arrow Go Back

INVESTIMENT TA' ŻEWĠ MILJUN EWRO

PR140397
Date Icon 04/03/2014

Iktar kmieni illum tnegħdiet l-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħazagħ bl-għan li toffri futur liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex ikomplu fl-edukazzjoni, taħriġ u jsibu xogħol ta’ kwalità.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, qal li Malta tinsab f’pożizzjoni tajba ħafna meta komparat mal-ġirien Mediterranji fil-qasam ta’ xogħol għaż-żgħażagħ. Il-pjan jaħseb biex żgħażagħ taħt l-24 sena jingħataw it-taħriġ u l-edukazzjoni neċessarja biex isibu impjieg li jkun jista joffrilhom futur. Il-Ministru qal li hemm problema ta’ żgħażagħ li jidħlu fid-dinja tax-xogħol qabel ma jkunu rċevew il-ħiliet meħtiega biex ikunu jistgħu isibu xogħol ta’ kwalità u li joffri futur u din l-iskema trid tindirizza din l-isfida.

Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, riċerka u innovazzjoni, qal li din il-garanzija turi l-importanza li dan l-Gvern jagħti  liż-żgħażagħ. Huwa qal li din l-iskema tgħin biex ż-żgħażagħ jiksbu l-ħiliet neċessarji, inkluż is-soft skills, biex isibu impjieg. Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-inizjattiva, flimkien ma’ oħrajn bħal Youth. Inc u Erasmus+, jgħinu biex iż-żgħażagħ ikollhom esperjenza edukattiva iktar kompluta.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg qal li f’Marzu 2013 nstabu €5 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew 2007-2013 li kienu għadhom mhux allokati mill-Gvern preċedenti. Għalhekk dan il-Gvern ħa deċizjoni li jalloka €2 miljun minn dan il-fond biex tiġi mwettqa il-garanzija għaż-żgħżagħ.  Dr Borg qal li fil-programm preżenti li jkopri snin 2014-2020 mistennija li jkun hemm aktar skemi bħal dawn biex nassiguraw li aktar żgħażagħ f’pajjiżna wara s-sittax-il sena jkomplu fit-triq tat-tagħlim, taħriġ jew xogħol.

L-iskema se tkun qed taħdem fuq diversi aspetti fosthom biex ittejjeb il-ħiliet taż-żgħażagħ u tiffaċilita t-transizzjoni mit-taħrig għal xogħol. Korsijiet edukattivi, work placements u għajnuna biex jiftħu negozju se jkunu fost l-ideat li se jintużaw biex jgħinu liż-zgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Il-garanzija għaż-żgħażagħ hija wegħda oħra mwettqa minn dan l-Gvern u hija waħda minn numru ta’ inizjattivi li se tgħin biex żgħażagħ ikunu garantiti futur permezz ta’ impjieg li joffri futur li jiġi minn edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow