Left arrow Go Back

MALTA FUQ QUDDIEM DWAR INIZJATTIVI MARITTIMI FIL-MEDITERRAN

pr140388
Date Icon 03/03/2014

Pajjiżna jinsab fuq quddiem fejn jidħlu inizjattivi marittimi marbuta mar-Reġjun tal-Mediterran. Dan qalu l-Ministru tal-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta dalgħodu indirizza Konferenza Ewropea dwar l-Ambjent Marittimu (HOPE) organizzata mill-Presidenza Griega tal UE fi Brussels.

Il-Ministru Brincat qal, li filwaqt li Malta tinsab imħassba li ħafna sforzi qegħdin isiru f'mod frammentat, hemm bżonn li ċertu duplikazzjoni ta’ xogħol jiġi eliminat.

Il-Ministru Leo Brincat qal li biex politika bħal din tkun pro-attiva u tagħti r-riżultati mixtieqa hemm bżonn li jiġu involuti l-istakeholders kollha fir-reġjun Dan jinkludi l-involviment tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea infushom kif ukoll dak ta’ pajjiżi terzi.

Il-Ministru Leo Brincat qal li f'kuntest Mediterranju hemm bżonn partnerships dinamiċi  mal-pajjiżi ġirien tal-Afrika ta' Fuq kif ukoll tal-Lvant Nofsani. Dan sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni b’mod aktar effettiv.

Il-Ministru Brincat tenna li pajjiżna minbarra illi għaraf ir-rwol importanti tal-Konvenzjonijiet dwar il-Baħar u qed jieħu sehem attiv dwar l-eko-sistemi fi ħdan il-Konvenzjoni ta' Barċelona, bħalissa qed jirrevedi l-Istrateġija tal-Mediterran għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Id-dimensjoni ambjentali ma tistax tiġi kkunsidrata b’mod iżolat. Jekk isir hekk, wieħed ikun  qed jiżola ruħu minn kwistjonijiet importanti marbuta mal-qasam marittimu bħal dawk tas-sigurtà,  ta’ ġurisdizzjoni u riċeka fost oħrajn. Huwa f'dan il-kuntest li pajjiżna waqqaf Kumitat Inter-Ministerjali sabiex ikollu Politika Marittima integrata tenna l-Ministru Brincat.

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima saħaq li  wara li pajjiżna bagħat it-tagħrif kollu meħtieġ, bħalissa  qed issir analiżi mill-ġdid tal-qafas tad-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima (Marine Strategy Framework Directive).  Mill-aspett ambjentali l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva għandha ssaħħaħ l-istatus ambjentali tal-ibħra tagħna, u tistabbilixxi miri xierqa għall-ibħra Maltin u ta' madwarhom temm jgħid il-Ministru Leo Brincat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow