IL-MINISTRU LEO BRINCAT GĦAL-LAQGĦAT FI BRUSSEL U F'DUBAI
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat se jmur Brussel sabiex jieħu sehem fil-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent sabiex jiddiskutu il-qafas tal-politika tat-tibdil tal-klima u tal-enerġija għas-snin 2020-2030; il-GMOs (genetically modified organisms), l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għal Programm tal-Arja aktar Nadifa għall-Ewropa (Clean Air Programme for Europe) u aġġornament fuq is-Shale Gas.
Matul din iż-żjara ser jattendi ukoll Konferenza dwar l-ambjent marittimu bħala mistieden tal-Presidenza Griega tal-Unjoni Ewropea.
Wara huwa ser jmur Dubai fejn Il-Ministru Brincat ser ikun wieħed mill-mistednin u parteċipanti tal-konferenza tal-UNEP (United Nations Enivironment Programme) dwar l-Ekonomija l-Ħadra (The Green Economy) li qed tiġi organizzata fuq stedina tal-Ministru tal-Ambjent tal-Emirati Għarab Magħquda li miegħu kellu taħdidiet bilaterali dan l-aħħar ġewwa Abu Dhabi.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en