STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GHALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI
L-Onorevoli Jason Azzopardi jerġa’ jkun żbaljat. Jikkwota ħażin ir-Rapport ‘CrimeMalta Annual Crime Review: Year 2013’
L-Onorevoli Jason Azzopardi ilu żmien twil jagħmel domandi parlamentari fejn l-asserzjonijiet tiegħu għal ħafna drabi ġew murija li huma bbażati fuq informazzjoni hażina li jingħata.
Għal darb’oħra l-analiżi tiegħu fejn qed jgħid li r-rati ta’ reati f’Malta żdiedu hija waħda wkoll kompletament żbaljata. Dan ir-rapport jghid li ż-żieda hija attribwita minħabba żieda fir-rapporti ta’ danni.
Ir-rapport jgħid li kważi l-kumplament tal-kategoriji ta’ reati niżlu meta mqabbel mas-sena ta’ qabel – ‘Nearly all other categories have experienced a steady decline except for Fraud, Threats and Private Violence as well as against Violence Against Public Officers’
Per eżempju r-rapport jgħid li s-serq naqas għall-ewwel darba f’erba’ snin, filwaqt li reati li huma computer-related crimes żdiedu, iżda din iż-żieda hi nterpretata pożittivament , għax dan ifisser li hawn aktar għarfien dwar dawn ir-reati.
Għalhekk il-Ministeru jappella lill-Membru Parlamentari sabiex ikun fidil għal dak li jirriżulta u ma jagħmilx ballun politiku biex juri stampa surreali minn dik li ngħatat fir-rapport ta’ Dr. Saviour Formosa.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en