Left arrow Go Back

GĦALL-EWWEL DARBA UNION TAL-ĦADDIEMA TIBBENEFIKA MINN ALLOKAZZJONI TA’ FONDI EWROPEJ

pr140350
Date Icon 27/02/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg  waqt li kien qed iniedi proġett iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u li qed ikun imwettaq mill-Union Ħaddiema Magħqudin intitolat ‘Voice of the Workers’ qal li dan huwa l-ewwel proġett li qed jiġi mwettaq minn Union tal-Ħaddiema f’Malta permezz ta’ Fondi Ewropej .

Dr Borg għalhekk ħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-Unions biex fil-programm finanzjajru eżistenti jersqu ‘l quddiem b’aktar ideat sabiex jibbenefikaw mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan peress li l-għan wara dan il-fond  huwa li jippromwovi proġetti li jtejbu l-ħiliet  tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Dan il-proġett ibbenefika minn madwar €300,000 mill-Fond Soċjali Ewropew. Dr Borg qal li l-għan tiegħu huwa li minn tal-inqas 300 ħaddiem jipparteċipaw fl-attivitajiet li ħa jkunu qed jiġu mwettqa. Il-ħsieb wara dawn l-attivitajiet huwa li jiżdiedu l-abilitajiet tal-ħaddiema f’suġġetti relatati ma’ djalogu soċjali u family-friendly meusures.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow