IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W. VELLA JILQA’ F’MALTA LID-DEPUTAT MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LIBJAN ABDUL-RAZZAQ AL-GREIDI
Il-Ministru għall-affarijiet barranin Dr George W.Vella laqa’ lid-deputat Ministru għall-affarijiet barranin tal-Libja, Dr. Abdul-Razzaq al-Greidi li wasal Malta wara li saritlu stedina mill-Ministru Vella biex jigi ħalli jingħata l-fakulta’ li jara l-istruttura u kif jaħdem il-Ministeru għall-affarijiet barranin Malti.
Din l-istedina kienet saret ftit tax-xhur ilu fejn l-istess deputat Ministru al-Greidi kien indika li qeghdin iseħħu riformi fil-Ministeru għall-affarijiet barranin Libjan u li kien interessat ikun jaf kif jaħdmu Ministeri tal-affarijiet barranin Ewropej. Il-Ministru Vella għamel din l-istedina fl-isfond tal-isforzi li qegħdin isiru minn pajjiżi Ewropej ħbieb tal-Libja biex jgħinu lill-Gvern Libjan iwaqqaf u jsaħħaħ strutturi istituzzjonali li jgħinu biex il-pajjiż jaħdem fuq linji demokratiċi. Malta diġa’ qed tgħin lill-Libja f’dan l-eżerċizzju fosthom b’korsijiet ta’ taħriġ lill-uffiċjali Libjani mill-Forzi Armati ta’ Malta u għajnuna oħra. F’din iż-żjara ta’ familjarizazzjoni il-Ministru Al-Greidi se jkollu tlett ijiem ta’ laqgħat intensivi mal-ogħla uffiċjali tal-Ministeru li se jagħtuh stampa ta’ kif jaħdmu d-direttorati tagħhom. Din iż-żjara hija wkoll konformi mal-għanijiet tal-konferenza dwar il-Libja li se ssir f’Ruma fis-6 ta’ Marzu fejn ħafna pajjiżi se jitkellmu dwar il-kontribut tagħhom fit-tisħiħ ta’ strutturi ta’ sigurta’, taħriġ, politika interna, protokoll u amministrazzjoni poltika inġenerali.
Dan bil-għan li l-Libja tissaħħaħ fit-tmexxija nterna tagħha u takkwista s-sigurta’ u l-istabbilta’ li wieħed jixtieq li tilħaq.
Matul iż-żjara tiegħu f’Malta d-deputat Ministru Al-Greidi se jkollu wkoll laqgħat mad-direttur tal-akkademja Mediterranja għal studji diplomatiċi, Prof.Stephen Calleja u mad-direttur tal-istitut internazzjoanli fuq il-liġi marittima Prof.David Attard.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en