STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
L-attakk fuq l-istituzzjonijiet li qed tagħmel l-Oppożizzjoni hija intiża biss biex tipprova tfixkel ix-xogħol serju li qed jagħmel il-Gvern biex ikisser il-korruzzjoni li bdiet tiekol lill-pajjiż taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern
Il-Pulizija hija fil-libertà li tiehu l-azzjoni li tħoss li għandha tieħu. Il-Gvern qed jimxi ma’ Avviż Legali li nħareġ taħt Gvern Nazzjonalista fl-2006 ukoll wara parir tal-Avukat Ġenerali.
Wieħed jistaqsi jekk l-Oppożizzjoni hijiex tipprova tipproteġi lil min fil-passat, taħt Gvern Nazzjonalista, kien qed imexxi rackets sħaħ ta’ serq u korruzzjoni.
Mix-xogħol li qed isir qed joħroġ ċar li l-Gvern irid ikisser il-ħajt ta’ omertà li nbena madwar rackets sħaħ ta’ korruzzjoni li nbnew matul is-snin taħt diversi amministrazzjonijiet li għaddew.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en