STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Għall-ħabta ta’ nofsinhar il-forzi tal-Ordni ġew imsejħa biex jintervjenu minħabba rewwixta fiċ-ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal-Far, wara li din ir-rewwixta ma setgħetx tiġi kkontrollata mill-istaff taċ-ċentru tad-detenzjoni.
Wara li l-membri tal-Forzi tal-Ordni ġew attakkati b’ġebel, injam u oġġetti oħra mit-tieni sular taċ-Ċentru tad-Detenzjoni, u wara diversi twissijiet verbali, ġew sparati warning shots fl-arja għall-ħabta tas-sagħtejn. Dawn il-warning shots ma kinux direzzjonati lejn l-immigranti jew lejn xi twieqi ta’ kmamar li fihom kien hemm l-immigranti. Il-Ministeru jikkjarifika li l-warning shots saru permezz ta’ rubber pellets u mhux rubber bullets. Ir-rubber pellets, b’differenza mill-bullets, mhumiex intenzjonati biex iweġġgħu. Is-sitwazzjoni ġiet għan-normal immedjatament wara l-warning shots.
Hadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Immigrant wieħed ħassu ħażin u ttieħed l-isptar fejn qed jingħata l-kura meħtieġa.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en