Left arrow Go Back

​IL-MINISTRU CARDONA B’APPELL GĦAL AKTAR APPOĠĠ LIL SMES BIEX IKOMPLU JIKBRU, JKUNU AKTAR KOMPETTITIVI U JINTERNAZZJONALIZZAW

pr140286
Date Icon 19/02/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona attenda għad-disa’ laqgħa ministerjali tal-Unioni għall-Mediterran dwar il-kooperazzjoni Industrijali Ewromediterranja, li kienet ippreseduta mill-Unjoni Ewropea u l-Ġordan. Matul din il-laqgħa kien eżaminat il-progress li sar mill-aħħar laqgħa ministerjali li kienet saret Malta. Dan filwaqt li komplew ikunu skambjati opinjonijiet dwar il-futur tal-kooperazzjoni industrijali.

F’intervent li għamel il-Minsitru Cardona tkellem dwar l-importanza li n-negozji żgħar u medji jingħataw aktar assistenza operazzjonali u finanzjarja biex jinternazzjonalizzaw in-negozju tagħhom, ikunu aktar kompettitivi u jkunu f’pozizzjoni li jikbru u jespandu.

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ aktar strumenti finanzjarji għal start-ups bil-għan li jitkattar l-ispirtu imprenditorjali. “Dan il-għan jista’ wkoll jintlaħaq billi l-istituzzjoni edukattivi jkomplu jersqu aktar qrieb l-Industrija biex jindirrizaw id-diskrepanzi fil-ħiliet, waqt li jnisslu fit-tfal u z-zgħazagħ tagħna, aktar spirtu intraprenditorjali u jippreparawhom bil-ħiliet neċessarji biex jibdew in-negozju tagħhom.

Matul il-laqgħa kien evalwat l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa u l-karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża, kienu diskussa d-direzzjoninijiet strateġiċi futuri tal-kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja u kien ukoll varat programm reġjonali ġdid ta’ 3 snin biex jappoġġa l-iżvillup tas-settur privat tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran.

Fi tmiem id-disa’ laqgħa ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran dwar il-kooperazzjoni Industrijali Ewro-Mediterranja kienet ukoll approvata dikjarazzjoni li se tipprovdi l-appoġġ politiku għat-tkomplija tal-kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja fil-qafas tal-Unjoni għall-Mediterran.

140
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow