Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr140277
Date Icon 18/02/2014

Simon Busuttil issa jrid itellef milli jorħsu il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Il-proċess ta’ roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma miexi on track. Dak li kien ‘gimmick tal-Millennju’ u ‘Alice in Wonderland’ issa huwa realtà. Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni ma jridux jaċċettaw dan u qed jipprova jfixkel il-proċess.

Il-proġett tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass f’Delimara qed jimxi skont id-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet ta’ Malta f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ proċessi ambjentali, saħħa u sigurtà.

Il-mossa ta’ Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni li jressqu petizzjoni kontra kontijiet orħos u arja aktar nadifa – f’nofs proċess ta’ studji ambjentali u ta’ saħħa u sigurtà – hija l-aħħar minn sensiela ta’ manuvri negattivi maħsubin biss biex jagħmlu ħsara lill-familji u n-negozji.

L-iskop tal-Oppożizzjoni huwa biss li jbeżża’ l-istess kif ipprovat tagħmel qabel l-elezzjoni ġenerali u f’dawn l-aħħar għaxar xhur. L-Oppożizzjoni taf li l-Gvern jinsab on track biex iwettaq il-pjan tal-enerġija tiegħu u jraħħas il-kontijiet. L-unika triq li fadlilha l-Oppożizzjoni hija li tipprova tħassar.

Simon Busuttil għadu ma fehemx li l-familji Maltin u Għawdxin ivvutaw għal bidla fid-direzzjoni fit-tmexxija tal-qasam tal-enerġija, bidla fil-kwalità tal-arja u roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Li kien għall-Oppożizzjoni l-familji Maltin u Għawdxin għadhom imwikkijin b’power station magħżul minn fuq il-Yellow Pages, li taħdem bl-iktar żejt li jniġġes - il-Heavy Fuel Oil, l-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-istorja ta’ Malta u Enemalta falluta.

Dan mhuwiex l-ewwel każ li bih l-Oppożizzjoni pprovat tfixkel il-proċess ta’ roħs fil-kontijiet. Wara l-elezzjoni ġenerali ppruvaw jitfgħu dubju fuq il-proċessi ta’ procurement kompetittivi u transparenti, kif ukoll dwar il-proċess ta’ ppjanar ambjentali.

F’dawn iż-żewġ istanzi l-Kummisjoni Ewropea tat l-approvazzjoni għall-mod serju u trasparenti għall-mod li bih qed jimxi l-Gvern.

Il-Gvern huwa konvint li f’dan il-każ ukoll jinsab miexi skont l-ogħla livelli ta’ governanza, saħħa u sigurtà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow