Left arrow Go Back

TITNIEDA L-FONDAZZJONI TAL-LOGĦOB RESPONSABBLI

pr140274
Date Icon 18/02/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġiet imnedija l-Fondazzjoni tal-Logħob Responsabbli mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompettivita’ u Tkabbir Ekonomiku Edward Zammit Lewis, mill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali Marie Louise Coleiro Preca flimkien maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorita’ tal-Logħob u Lotteriji Joseph Cuschieri.

Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis qal li llum huwa jum importanti għall-industrija tal-logħob f’Malta, mhux biss għax qegħdin inwaqqfu Fondazzjoni imma għax qegħdin nagħmlu pass ieħor fl-għajta ta’ dan il-Gvern, ta’ Gvern responsabbli. Bħala Gvern għandna kull interess politiku li n-nies ma jaqgħux f’vizzji tal-logħob li jikkaġunaw aktar problemi lill-individwi u l-familji. Għal dan il-għan inħass il-bżonn tat-twaqqif serju ta’ din il-Fondazzjoni bl-iskop ewlieni jkun dak li nipromwovu logħob responsabbli permezz ta’ attivita’ edukattiva. Din il-Fondazzjoni ser jkollha l-funzjoni li tamministra l-fondi li tiġbor minħabba diversi raġunijiet fosthom biex tagħti sapport lill-individwi li ser jiġu affetwati bi problemi ta’ logħob; se tkun qed torganizza proġetti biex iservu ta’ rijabilitazzjoni għall-individwi li jkunu waqgħu f’vizzji tal-loghob kif ukoll se tkun qed tagħmel riċerka rigward il-problemi ta’ loghob accessiv. 

‘Din hija r-responsabilita politika ta’ dan il-Gvern u b’hekk din il-Fondazzjoni ser taħdem id f’id ma kull min għandu kull interess ġenwin li jaħdem għal dawn l-għanijiet prinċpali, kemm organizzazjonijiet non-governattivi kif ukoll governattivi’, qal is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis. Din il-fondazzjoni se tkun qed taħdem flimkien ma’ l-industrija wkoll għax huwa ta’ interess għal kull operator li jipproteġi lill-persuni li jistgħu jaqgħu fi problemi serji u li l-logħob jintlgħab b’mod responsabbli. 

L-Onor. Edward Zammit Lewis irrimarka li f’dawn l-aħħar xhur il-Gvern telaq fuq ħidma wiesgħa biex jiġu aġġornati diversi regolamenti tal-logħob, se jkunu qed jinfetħu niċċeċ ġodda bħad-digital games u s-social games, kif ukoll aġġornamenti strutturali f’LGA. 

It-twaqqif ta’ din il-Fondazzjoni hija sinjal ċar li fuq livell internazzjonali Malta qiegħda tkun pro-attiva biex tipromwovi logħob responsabbli u li dan żgur ser jgħin biex insaħħu r-reputazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ Malta. Dan kollu jmur b’mod tajjeb ħafna mall-prinċipji tal-Awtorita’, dak li l-logħob jsir b’mod ġust u trasparenti; li nies żghar u vulnerabli jkunu protetti; kif ukoll li l-logħob jkun ferm il-bogħod mill-kriminalita’ u korruzzjoni, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis.

Minn naħa tagħha l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca fissret din il-Fondazzjoni bħala pass importanti fil-politika soċjali integrata li qed jaħdem fuqha l-Gvern.

Dan hekk kif il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali se jkun qed iwaqqaf Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni bil-ghan li l-Gvern flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi jaħdmu biex jizviluppaw politika ta’ prevenzjoni nazzjonali.

Il-viżjoni ta’ din l-Agenzija tkun li kull persuna fis-socjeta’ titgħallem trawwem fiha nnifsiha l-kapacita’ li tagħmel l-aħjar għażliet f’ħajjitha biex tkun tista tgħix ħajja b’saħħitha u produttiva.

B’hekk biss, temmet tgħid il-Ministru Coleiro Preca, nistgħu nassiguraw politika soċjali ħolistika li tixpruna l-prevenzjoni biex verament ikollha soċjeta’ b’saħħitha u inklussiva.

Iċ-Chairman Ezekuttiv tal-Awtorita tal-Logħob u Lotteriji qal li t-tnedija tal-Fondazzjoni tal-Logħob Responsabbli hija parti min katina ta’ inizjattivi ġodda biex insaħħu l-industrija tal-logħob f’Malta. Huwa spjega li l-finanzjament tal-Fondazzjoni se jkunu kkontribwiti minn sorsi ta’ inizzjattivi organizzati mill-Fondazzjoni nnifisha’, mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, kontribuzzjoni ta’ ħamsin elf ewro kull sena mill-Maltco u kontribuzzjoni mill-Awtorita tal-Logħob u Lotteriji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow