L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MIS-SUR JOHN MANN MP
Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mis-Sur John Mann MP, Chair of the UK’s All Party Parliamentary Group against Anti-Semitism and of the Steering Committee of the Inter-Parliamentary Coalition for Combating Anti-Semitism.
Iż-żewġ naħat iddiskutew il-mod kif l-anti-Semitiżmu għandu jiġi miġġieled kif ukoll is-sehem ta’ Malta fid-diversi konferenzi organizzati fuq das-suġġett.
L-iSpeaker semma l-fatt li f’Malta qatt ma ġie rraportat xi każ ta’ anti-Semitiżmu u li, peress li Malta hi favur is-soluzzjoni ta’ żewġ Stati fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, kemm l-Iżrajeljani kif ukoll il-Palestinjani għandhom jagħmlu sforz biex jersqu lejn xulxin.
Mr Mann qabel ma’ l-iSpeaker u enfasizza l-importanza li l-komunita` internazzjonali għandha tifforma koalizzjoni biex tkopli tikkumbatti l-anti-Semitiżmu.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en