Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA.

pr140269
Date Icon 17/02/2014

L-Oppozizzjoni ma tridx li l-flus mis-serq tal-elettriku jinġabru.

Simon Busuttil u Tonio Fenech, taħt Gvern Nazzjonalista ma kisbu l-ebda riżultati biex jitnaqqas is-serq tal-elettriku.

Fl-2011 u fl-2012 is-serq tal-elettriku sploda u laħaq 30 miljun ewro fis-sena.

L-eks Ministru responsabbli mill-Enemalta, qed jgħid li ma kien jaf b’xejn dwar dan il-fenomenu tant kbir minkejja li kellu quddiemu ir-rapport tal-awditur ġenerali li identifika b’mod ċar din il-problema. 

Il-Gvern preċedenti kien introduċa liġi li tippermetti lill-Enemalta biex tasal għal arranġament amministrattiv ma’ min kien jinstab jisraq l-elettriku.

 Il-Gvern preżenti nieda inizjattiva f’Mejju li għadda, liema inizjattiva wasslet biex tinkixef scam li tinvolvi t-tbagħbis t’aktar minn 1,000 meter.

Dan wassal ukoll għall-prosekuzzjoni ta’ numru ta’ persuni kif ukoll f’każ minnhom għal sentenza għal dawk li kienu nvoluti f’dan it-tip ta’ serq.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-konsumaturi, l-Enemalta qed tappella biex il-konsumaturi li huma nvoluti f’dan is-serq ta’ dawl  javviċinaw lill-Korporazzjoni Enemalta biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom billi jħallsu għal dak li serqu flimkien mal-interessi dovuti fuq dan l-ammont kif ukoll penali.

Dan kollu skont il-liġi li ġiet introdotta taħt il-Gvern preċedenti.

Dan juri l-ipokrezija kbira tal-Oppozizzjoni li qed tibqa’ tinsisti li l-Gvern m’għandux joffri metodu  lil dawk il-konsumaturi li wettqu dan it-tip ta’ serq biex jirregolarizzaw ruħhom.

Dan juri wkoll  kemm l-Oppożizzjoni verament ma jinteressahiex li jinqabad min huwa wara r-‘racket’ ta’ serq tal-elettriku. Minflok iżda, trid li il-Gvern jimbarka fuq ‘witch hunt’ u mhux li jinġabru l-flus dovuti kif ukoll jitħallsu penali skont il-liġi.

F’dan il-każ, il-Gvern qed jimxi skont il-provvedimenti tal-liġi u qed ikun iebes ma’ min kien qed iwettaq dan ir-‘racket’ u l-uffiċċjali pubblici li kienu involuti fiha.

Tant li dawn saħansitra se jkunu mfittxija għad-danni għaliex min ħa l-flus ser ikollu jroddhom lura.

Ikun aħjar kieku l-Oppożizzjoni tispjega għalfejn qatt ma’ ttieħdet azzjoni fis-snin preċedenti, meta l-Gvern Nazzjonalista rċieva informazzjoni dwar dan il-każ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow