Left arrow Go Back

ŻJARA TA’ KORTEŻIJA MINN SHANGHAI CPPCC FRIENDSHIP DELEGATION

pr140267mt
Date Icon 17/02/2014

Delegazzjoni ta’ Shanghai CPPCC Friendship Delegation għamlet żjara ta' kortesija lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili, Dott. Helena Dalli.


Id-delegazzjoni kienet immexxija mis-Sur Dao Shuming, membru permanenti tal-Kumitat ta’ Shanghai fi ħdan iċ-Chinese People's Political Consultative Conference (CPPCC) u Chairman tal-Kumitat għall-Ħbiberija ma' Pajjiżi Barranin tal-Kumitat ta’ Shanghai fi ħdan iċ-CPPCC.


Is-Sur Shuming tkellem dwar ir-riformi li qed isiru f’Shanghai, l-aktar dawk relatati mal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-kultura.  Huwa ddeskriva l-avvanzi kbar li twettqu mill-Gvern Ċiniż biex tittejjeb l-infrastruttura ta’ Shanghai.


Is-Sur Shuming tkellem ukoll dwar ir-relazzjonijiet dejjem jiżdiedu ta’ Shanghai ma' diversi pajjiżi madwar id-dinja.  Huwa qal li l-ħaddiema barranin, inkluż ħafna professjonisti, sabu Shanghai bħala post eċċellenti biex jaħdmu fih, u n-numru tagħhom mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin.


Il-Ministru Dalli tkellmet dwar il-kollaborazzjoni possibbli bejn il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u s-CPPCC.  Hija qalet li huwa tajjeb li ż-żewġ naħat jitgħallmu minn xulxin, jaħdmu flimkien u joħolqu l-impjiegi permezz tal-investiment.


Dott. Dalli nnutat li kemm l-MCESD, kif ukoll is-CPPCC huma f'pożizzjoni tajba biex jagħtu pariri lill-gvernijiet rispettivi dwar l-inizjattivi relatati mal-investiment bejn iż-żewġ naħat, bis-Sur Shuming jgħid li din it-tip ta' kollaborazzjoni diġa` teżisti ma' pajjiżi oħra Ewropej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow