Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR

pr140262
Date Icon 16/02/2014

L-IMPJEGATI TAL-ARROW PHARM LI GĦANDHOM XOGĦOLHOM F’RISKJU SE JINGĦATAW IMPJIEG ALTERNATTIV F’KUMPANIJI SERJI U STABBILITI – MINISTRU CARDONA 

Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar jikkundana l-insulti li l-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil għamel lil kumpaniji Playmobil, Methode, Trelleborg, Sigfried, SKAT Ltd u Foster Clark. Dan filwaqt li reġa esprima l-apprezzament tiegħu għal dawn il-kumpaniji serji u stabiliti li bil-miktub offrew li jieħdu l-impjegati tal-Arrow Pharm fl-eventwalita’ li jispiċċaw mingħajr impjieg.

Il-Ministeru jiċħad kategorikament il-kummenti rresponsabli u insensittivi li għamel il-Kap tal-Oppozizzjoni meta qal li l-impjiegi alternattivi li qed ikunu offruti l-ħaddiema tal-Arrow Pharm li għandhom l-impjieg tagħhom f’riskju huma prekarji.

Il-proċess li biħ dawn l-impjegati se jkunu qed jingħataw impjieg alternattiv qed ikun ikkordinat mill-Korporazzjoni għat-taħriġ u x-xogħol (ETC) u l-UHM. Nhar il-Ġimgħa tard wara nofsinhar il-President tal-UHM ikkomunika mac-Chairman tal-ETC il-gradi li qedin f’riskju u għaddilu numru ta’ CVs li rċievew bħala Union mingħand il-ħaddiema. Matul dik il-laqgħa kien deċiz li din il-Ġimgħa l-ETC flimkien mal-Union jibdew il-proċess li joffru impjieg alternattiv lil dawn il-ħaddiema.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona jikkundana l-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jieħu kapital politiku minn sitwazzjoni li bl-aktar mod ċar rrizultat mill-inkopetenza tal-Gvern immexi mill-Partit Nazzjonalista, li tiegħu l-istess Simon Busuttil serva bħala Viċi Kap u issa Kap. Dan huwa l-istess Gvern Nazzjonalista li għal snin twal għalaq għajneħ għar-realta’ tal-prekarjat u anzi kien huwa li f’diversi okkazzjonijiet ipperpetra l-prekarjat b’kuntratti pubbliċi li kien jgħati.

Il-Ministru Cardona jisħaq li l-Gvern mhux se jkun qiegħed jabbanduna l-ħaddiema li qedin f’riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom mill-Arrow Pharm u jfakkar li dwar din il-problema nħatar task force kompost mill-istess Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-UHM li tirraprezenta l-ħaddiema, Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija u l-Korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ. Dan bil-għan li mhux biss jindirizza din il-problema imma wkoll issib soluzzjoni sistematika biex relativament sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu evitati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow