Left arrow Go Back

JOSEPH CHURCH JINĦATAR KUMMISSJONARJU ELETTORALI PRINĊIPALI

pr140253
Date Icon 14/02/2014

Joseph Church inħatar Kummissjonarju Elettorali Prinċipali.

Joseph Church twieled il-Furjana fis-27 ta’ Lulju 1955. Segwa l-istudji tiegħu s-Seminarju fil-Furjana u wara ngħaqad fis-Servizz Pubbliku fl-1977.

Hu okkupa diversi karigi fis-Servizz Pubbliku fosthom ta’ Direttur fil-Ministeru tas-Saħħa. Fl-2008, huwa nħatar Direttur Ġenerali  fl-istess Ministeru. Għal dan l-aħħar 4 snin huwa okkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Presidenza, fejn kien involut f’diversi proġetti.

Studja d-Diplomazija fl-Università ta’ Malta bejn 1996 u 1998. Huwa studja l-immaniġġjar ta’ Riżorsi Umani u Finanzi bejn l-2002 u 2004. Fl-1994, huwa attenda kors ta’ 12 il-ġimgħa fir-Riżorsi Umani fl-Universita’ ta’ Manchester.

Tul il-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku hu ħa sehem f’diversi konferenzi u laqgħat internazzjonali fuq diversi materji. Dawn kienu saru fi Brussel, Varsavja, Barcellona, Lussemburgu, Londra, Madrid u Singapore.

Joseph Church huwa miżżewweg lil Isabelle u għandhom żewġt itfal, Roberta u Ann Marie.

Il-Gvern jirringrazzja lis-Sur Salv Gauci tas-servizz eċċellenti li ta fil-kariga ta’ Kummissjonarju Elettorali Principali. Huwa rtira bl-eta’ fi tmiem it-terminu tiegħu. F’dan l-istadju se jibqa’ jagħti s-servizzi tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali bħala konsulent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow