Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JKUN QED JGĦIN LILL-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU BIT-TNAQQIS FIL-KONTIJIET TAL-ENERĠIJA S-SENA D-DIEĦLA

pr140243
Date Icon 13/02/2014

Il-lukanda Paradise Bay b’inizjattiva ta’ proġett li jutilizza l-enerġija mix-xemx biex tissaħħan l-indoor pool u l-ilma tal-kmamar...frankati mal-€20,000 fuq medda ta’ sitt xhur

Is-sena d-dieħla se jkunu qed jorħsu t-tariffi tad-dawl u l-ilma għall-industrija kif kien imwiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella u mill-Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi waqt it-tnedija ta’ proġett imsejjaħ Solar Thermal Plant li sar mill-lukanda Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa u li jutilizza l-enerġija mix-xemx permezz ta’ 48 pannella biex tissaħħan l-indoor pool u l-ilma li jasal fil-kmamar.

Il-Ministru Karmenu Vella faħħar l-inizjattiva għal dan l-investiment fil-qasam tal-enerġija meħuda mit-tmexxija tal-lukanda Paradise Bay fejn huwa stmat li fuq medda ta’ sitt xhur kienu frankati mal-€20,000 f’elettriku, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ madwar 13% fi spejjeż f’enerġija elettrika.

Semma’ kif proġett bħal dan għandu ħafna benefiċċji, ewlenin fosthom tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija għal-lukanda nnifisha, tnaqqis fl-emmissjonijiet iġġenerati hekk kif qed ikun utilizzat anqas elettriku, benefiċċju akbar għat-turist li qed igawdi minn enerġija aktar nadifa kif ukoll effett pożittiv fuq il-poplu Malti kollu. F’dan ir-rigward fisser kif illum il-ġurnata sirna nitkellmu aktar fuq green tourism fejn it-turisti saru jfittxu ferm aktar lukandi li jutilizzaw sistemi ambjentali nodfa.

Karmenu Vella spjega kif pajjiżna huwa wieħed mill-aktar pajjiżi fil-Mediterran li preżentament qed joffri all year round operation u għaldaqstant, proġett bħal dan jiggarantixxi titjib fil-prodott tax-xitwa biex ikun aktar attraenti u aktar fit-tul.

Il-Ministru għat-Turiżmu saħaq fuq il-bżonn li s-settur turistiku jisfrutta aħjar l-importanza tax-xemx li huwa riżors mill-aqwa għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, fl-istess ħin li ħeġġeġ aktar lukandi biex jimxu fuq l-istess passi ta’ din il-lukanda u jadottaw sistemi simili.

Il-Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi faħħar l-inizjattiva meħuda u li permezz tagħha, mhux biss se jkun qed jibbenefika l-ambjent iżda l-lukanda Paradise Bay ser tkun qed tiffranka l-flus.

Qal li biex proġetti bħal dawn ikunu possibli, l-investiment mis-settur privat huwa kruċjali. Huwa fakkar kif sal-2020 pajjiżna jrid ikun qed jiġġenera 10% tal-enerġija minn sorsi ndaf u alternattivi.

Sadanittant, il-lukanda Paradise Bay imbarkat ukoll fuq bosta inizjattivi oħra favur l-ambjent biex jitnaqqas il-konsum tal-eletttriku. Fost l-oħrajn bl-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl naturali f’diversi kuriduri msejħa Tubular Daylighting Device (TDD), bdil ta’ bozoz għal dawk LEDs, installazzjoni ta’ water saving kits, kif ukoll riċiklar tal-ilma biex jintuża bħala ilma tat-tieni klassi.

Huwa stmat li b’dan il-proġett li kien varat f’Ġunju li għadda u li l-ispejjeż għalih se jkunu rkuprati fuq medda ta’ anqas minn tliet snin, il-lukanda se tkun frankat mat-80% ta’ dak li kienet tonfoq f’elettriku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow