IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETTIVITA’ U TKABBIR EKONOMIKU EDWARD ZAMMIT LEWIS, IĊ-CHAIRMAN EZEKUTTIV, BORD TAD-DIRETTURI U GĦADD TA’ ĦADDIEMA TAL-MITA JILQGĦU STEDINA TAL-PRESIDENT TA’ MALTA GEORGE ABELA
Il-President ta’ Malta George Abela laqa’ lis-Segretarju Parlamentari għall-Kompettivita’ u Tkabbir Ekonomiku Edward Zammit Lewis, liċ-Chairman Ezekuttiv tal-Malta Information Technology Agency (MITA), lil bord tad-diretturi u għadd kbir ta’ ħaddiema mill-MITA fir-residenza tal-Palazz ta’ San Anton.
Il-President ta’ Malta għamel din l-istedina biex jirriċeproka wara ż-żjara li huwa kien għamel fil-bini tal-MITA f’Santa Venera f’Novembru li għadda.
Il-President ta’ Malta fil-presenza tas-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis tkellem mall-ħaddiema dwar ix-xogħol important tagħhom fi ħdan il-MITA li hija s-service provider tal-Informatika lid-dipartimenti u Ministeri rispettivi tal-Gvern.
Il-President George Abela rringrazzja lill- MITA għas-sapport kontinuwu matul din il-presidenza lil Malta Community Chest Fund.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en