STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA
Il-President tar-Repubblika Ellenika Dr Karolos Papoulias se jkun qiegħed jagħmel żjara Statali f’pajjiżna bejn il-Ħamis 13 u l-Ġimgħa 14 ta’ Frar.
Il-President Papoulias se jkun akkumpanjat mill-Ministru Grieg responsabbli fost oħrajn mill-Affarijiet Marittimi Miltiadis Varvitsiotis u mid-Deputat Ministru Grieg għall-Affarijiet Barranin Kyriakos Gerontopoulos.
Waqt iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, l-President Papoulias se jkollu laqgħat mal-President ta’ Malta Dr George Abela, mal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, mal-iSpeaker Dr Anglu Farrugia u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil.
Huwa se jkun qiegħed ukoll iżur numru ta’ postijiet ta’ interess ġenerali.
Dr Papoulias kien elett President tar-Repubblika Ellenika għall-ewwel darba fl-2005 u fl-2010 kien elett mill-ġdid għal ħames snin oħra.
Huwa kien ukoll Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Greċja bejn l-1985 u l-1989 u l-1993 u l-1996.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en