Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140227
Date Icon 09/02/2014

Il-Ministru Manuel Mallia jifraħ lill-Firelight għas-Suċċess fil-Malta Eurovision Song Contest u lill-PBS tal-livell eċċezzjonali li laħaq il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena

Il-Ministru responsabbli mix-xandir pubbliku, Manuel Mallia feraħ lill-Firelight  tas-suċċess li kisbet fil-Malta Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta ‘Coming Home’. Dr. Mallia feraħ ukoll lill-kantanti kollha li taw sehemhom u appellalhom biex ikomplu jagħtu l-kontribut tagħhom f’edizzjonijiet oħra tal-Malta Eurovision Song Contest. Il-Ministru Mallia ħeġġeġ lill Firelight biex jużaw din l-esperjenza bħala ċavetta li tista’ tiftaħ ħafna bibien ta’ opportunitajiet fil-karriera tagħhom. Iżda aktar minn hekk, permezz ta’ din l-esperjenza, ser ikollhom opportunità li ma jkollhomx ħafna persuni, dik li jirrapreżentaw lil pajjiżhom. Għalhekk, l-impenn irid ikun akbar, mhux biss mill-band innifisha imma anke mill-PBS  li huma responsabbli mill-prodott li Malta ttellgħa fid-Danimarka. Minn naħa tiegħu l-Ministru Mallia assigura li l-PBS , kif dejjem sabet, ser tkompli ssib is-sostenn tal-gvern biex fuq livell internazzjonali, biex inkunu nistgħu niġu rrapreżentati kif xieraq.

Il-Ministru Manuel Mallia rringrazzja lit-tmexxija tal-PBS tal-professjonalità li bih itella’ dan il-Eurovision Song Contest. Iżda dan ma setax isir mingħajr il-professjonalità u s-sagrificcju li urew il-ħaddiema li qattgħu siegħat twal biex jagħtu prodott ta’ kwalità. Il-Ministru Mallia ħeġġeġ lil kulħadd biex issa tibda l-ħidma għal Mejju u wara għal Junior Eurovision Song Contest li għall-ewwel darba ser isir f’pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow