Left arrow Go Back

MALTA TIKKONFERMA L-PARTEĊIPAZZJONI TAGĦHA FL-‘SME INITIATIVE’

pr140215
Date Icon 07/02/2014

“Fil-programm finanzjarju 2014-2020 Malta kkonfermat il-parteċipazzjoni tagħha fl-‘SME Initiative’ permezz ta’ ittra li ntbagħtet lill-Kummissarju Ewropew Johannes Hahn.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg waqt li kien qed jieħu sehem f’diskussjoni ma’ diversi intrapriżi żgħar u medji li fil-passat ibbenefikaw minn Fondi Ewropej, organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.

Dr Borg qal li din l-inizjattiva ġiet proposta mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-għan tagħha huwa li fis-seba’ snin li ġejjin l-intrapriżi żgħar u medji jkomplu jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji bħal Jeremie li joffru rati vantaġġuzi fuq self.

Dawn l-istrumenti finanzjarji flimkien ma’ fondi ċentralizzati bħal COSME u Horizon 2020 għandhom jgħinu lill-intrapriżi żgħar u medji madwar l-Ewropa sabiex fiż-żmien li ġej joħolqu xogħol u jiġġeneraw tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow