STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA
pr140200
05/02/2014
Il-pożizzjoni negattiva li reġa ħa llum il-Kap tal-Oppożizzjoni hija waħda li wieħed ftit jista’ jifhem.
Dr Busuttil qed jgħid li jrid ibiddel l-avviż legali biex jirrifletti l-ftehim tal-Gvern Malti mal-Kummissjoni Ewropea. Dan meta l-Avviż Legali kien mifli u maqbul mal-Kummissjoni Ewropea l-ġimgħa l-oħra stess.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jammetti li waqa’ ostaġġ ta' fazzjoni estremista fil-partit tiegħu stess u lanqas qed jagħti widen għal dak li qalu lbieraħ l-imsieħba soċjali kollha li qegħdin iħarsu 'l quddiem għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm.
Huwa ċar li l-motivazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni hija biss purament partiġġjana u mhux fl-interess nazzjonali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en