STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
It-tifel Sirjan li f’Ottubru li għadda kien involut fit-traġedja fuq il-baħar qrib Lampedusa jerġa’ jingħaqad ma’ qrabatu fl-Eġittu.
Kmieni waranofsinhar, it-tifel Sirjan Mohammed Fateh Alsayed Mahmoud ta’ seba’ snin, li fil-ħdax t’Ottubru li għadda kien involut fit-traġedja fuq il-baħar qrib Lampedusa, telaq minn Malta biex jingħaqad mal-qraba tiegħu fl-Eġittu.
Dan wara ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet Maltin u dawk internazzjonali fosthom l-Aġenzija Appoġġ, is-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar, il-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migranti kif ukoll l-AWAS.
It-tifel, li fit-traġedija tilef lill-ġenituri tiegħu u lil ħutu, kien akkumpanjat minn zijuh Maaruuf Alsaid Mahmoud.
Zijuh ġie hawn Malta wara li sar jaf li t-tifel jinsab f’pajjiżna.
Qabel ma telaq minn Malta, it-tifel ingħata bandiera ta’ Malta mill-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-Ministru Coleiro Preca qalet li l-fatt li wara din it-trawma t-tifel se jingħaqad ma’ zijuh fl-Eġittu, huwa ta’ sodisfazzjon kbir għaliha u għal dawk kollha li ħadmu biex dan ikun jista’ jseħħ.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en