Left arrow Go Back

IL-GVERN KOMMESS LI JKOMPLI JINVESTI FIS-SETTUR TURISTIKU PERMEZZ TA’ FONDI EWROPEJ

pr140185
Date Icon 03/02/2014

“Wara li l-Gvern Malti għamel il-każ tiegħu quddiem il-Kummissjoni Ewropea fejn ġiet spjegata l-importanza tas-settur turistiku għal Malta, fis-seba’ snin li ġejjin l-industrija tat-turiżmu f’Malta ser tibqa’ tibbenefika minn fondi Ewropej.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej, Dr Ian Borg waqt li kien qed jiddiskuti l-opportunijiet ta’ finanzjament Ewropew għall-industrija tat-turiżmu flimkien mal-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti.

Dr Borg qal li interventi f’dan il-qasam fis-seba’  snin li ġejjin  se jsiru b’mod orizzontali. Dan ser isir billi l-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu ser ikunu jistgħu  jibbenefikaw minn diversi skemi ffinanzjati b’fondi Ewropej sabiex:

1.      Jinvestu fit-teknoloġija tal-informatika ħalli jtejbu l-operat tagħhom.

2.      Jinvestu f’ġenerazzjoni ta’ enerġija aktar nadifa.

3.      Jinvestu fir-riżors uman ta’ din l-industrija – permezz ta’ skemi li jgħinu lill-industrija timpjega aktar nies, kif ukoll tkompli tħarreġ l-impjegati f’dan is-settur.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern huwa impenjat sabiex ikompli jinvesti fl-ambjent ta’ pajjiżna, jirriġenera postijiet storiċi, kif ukoll ikompli jtejjeb l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Dan l-investiment b’mod indirett ser ikun qed jikkontribwixxi wkoll sabiex fil-futur dan is-settur jibqa’ jiżviluppa u jsir aktar sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow