Left arrow Go Back

JITĦABBRU T-TLIET DEPUTATI KUMMISSARJI FIL-KORP TAL-PULIZIJA

pr140173
Date Icon 31/01/2014

Illum tħabbru t-tlett Deputati Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija, is-Sur Raymond Zammit responsabbli mill-Field Operations, is-Sur Pierre Calleja responsabbli  mill-Crime and Investigations , u s-Sur Andrew Seychell responsabbli mill-Amministrazzjoni.

Waqt il-preżentazzjoni lit-tliet Deputati Kummissarji, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali  Manuel Mallia qal li ttieħdet din id-deċiżjoni  biex il-Korp tal-Pulizija jingħata nifs ġdid. B’din id-deċiżjoni l-Korp tal-Pulizja ser ikun aktar iffukat u aktar qrib iċ-ċittadin. It-tibdil fl-istruttura tal-Korp tal-Pulizija ma jiqafx hawn, iżda ser ikompli jsir bl-għan li l-Korp tal-Pulizija jkun aktar effiċjenti.

Il-Ministru Mallia feraħ lit-tliet Deputati Kummisarji li għandhom esperjenza twila fil-Korp tal-Pulizija u għalhekk jistgħu jikkontribwixxu ħafna.

Il-Ministru Mallia rringrazzja ukoll lill-eks Deputat Kummissarju Joseph Cachia  li għamel snin twal ta’ ħidma fil-Korp tal-Pulizija

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow