IS-SEGRETARJAT GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JERĠA’ INIEDI KAMPANJA TA’ TISWIJA (NEUTERING) GĦALL-QTATES
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed jerġa’ iniedi kampanja ta’ tiswija ta’ qtates, din id-darba mhux biss għall-istrays, imma anke dawk domestiċi. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li dan qed jerġa’ ikun possibli permezz tal-għajnuna li qed tingħata mill-Għaqda mhux Governattiva Internazzjonali, European Society for the Protection of Animals and Nature, ETN.
Dan is-Segretarjat qed jenfasizza dwar l-importanza li qtates u klieb li jinsabu fit-toroq jew santwarji, jiġu operati. Galdes qal li kull Għaqda mhux Governattiva li għandha fi ħdana qtates u klieb jew feeders li jieħdu ħsieb il-qtates jistgħu jaħtfu din l-opportunità biex jgħinu fil-kampanja ta’ tiswija tal-annimali, fosthom qtates u klieb. Il-kampanja se tkun qed tibda fit-5 ta’ Frar, u tiġi fi tmiemha ġimgħatejn wara fid-19 ta’ Frar.
Dawk interessati se jkunu jistgħu jċemplu fuq in-numru 27 400 300 biex jagħmlu appuntament sabiex joperaw l-annimali.
Is-Segretarju Parlamentari Galdes irringrazzja lil ETN tal-għajnuna li qed tingħata lill-Gvern permezz tal-veterinarji barranin li se jkunu qegħdin Malta biex joperaw l-annimali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en