Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER

pr140157mt
Date Icon 31/01/2014

L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mir-Relazzjonijiet Interinstituzzjonali u mill-Amministrazzjoni, l-ET  Maroš Šefčovič.

Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom ir-rwol dejjem jikber tal-Parlament Malti fl-affarijiet Ewropej speċjalment fid-dawl tas-setgħat u r-responsabiltajiet ġodda li joħorġu mit-Trattat ta’ Liżbona, l-importanza tal-kooperazzjoni interparlamentari, l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, strumenti ġodda adottati wara l-kriżi finanzjarja u aktar leġittimità demokratika fil-proċess tal-governanza ekonomika.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ żviluppi fil-Parlament Malti, l-iSpeaker Farrugia tkellem dwar il-fatt illi l-Parlament qiegħed jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ proċedura li tagħti d-dritt ta’ risposta liċ-ċittadini. Saret referenza wkoll għax-xogħol li qiegħed isir mill-Kumitat Magħżul imwaqqaf sabiex jirrakkomanda lill-Kamra dwar it-twaqqif ta’ Kummissarju u Kumitat Permanenti dwar l-Istandards, l-Etika u l-Imġiba Tajba fil-Ħajja Pubblika.

Wara nofsinhar, l-iSpeaker Anġlu Farrugia akkumpanja lill-ET Maroš Šefčovič fi żjara madwar il-bini tal-Parlament il-ġdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow