Left arrow Go Back

L-AMBAXXATUR TAL-ISTAT TAL-QATAR GĦAL MALTA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER

pr140145mt
Date Icon 29/01/2014

Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur tal-iStat tal-Qatar għal Malta, l-E.T. is-Sur Ali Saad A. Al-Kharji.

Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom iż-żjara ta’ l-għola livell f’Malta mill-Emir tal-Qatar, it-taħdidiet li saru fil-Qatar f’Mejju li għadda bejn il-Ministri responsabbli mill-enerġija, il-ħsieb li l-Gvern Malti jiftaħ Ambaxxat f’Doha, kif ukoll is-support reċiproku għal diversi kandidaturi għal organizazzjonijiet internazzjonali.

Matul il-laqgħa, l-Ambaxxatur tal-Qatar wassal it-tislijiet lill-iSpeaker miċ-Chairman tal-Assemblea Konsultattiva tal-iStat tal-Qatar, l-E.T. is-Sur Mohamed bin Mubarak al-Kholaifi, waqt li ssemmiet ukoll il-possibilita` ta’ stedina biex l-iSpeaker, l-Onorevoli Dr Anġlu Farrugia, jagħmel żjara fil-Qatar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow