Left arrow Go Back

L-AMBAXXATUR TAL-BELĠJU RAY AZZOPARDI JIPPREŻENTA L-KREDENZJALI

pr140134mt
Date Icon 28/01/2014

Il-Ħamis, 9 ta' Jannar, 2014 l-E.T Ray Azzopardi ppreżenta l-ittri ta' kredenzjali tiegħu bħala Ambaxxatur ta' Malta għar-Renju tal-Belġju, lill-Majestà Tiegħu ir-Re Philippe, Re tal-Belġju, f'ċerimonja li saret fil-Palazz Rjali ta' Laeken.

Wara ċ-ċerimonja, inżammet laqgħa privata mal-Majestà Tiegħu ir-Re Philippe. Ir-Re Philippe, irrikonoxxa r-relazzjoniet ta' ħbiberija bejn il-Belġju u Malta, u wera x-xewqa ta' koperazzjoni akbar fir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, edukattivi u soċjali. L-Ambaxxatur Azzopardi, enfasizza l-impenn tiegħu lejn il-potenzjal ekonomiku li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi partikolarment fil-qasam tat-turiżmu u l-istudji tal-lingwa.

L-E.T Ray Azzopardi, wera l-apprezzament tiegħu u rringrazzja personalment lil Maejstà Tiegħu ir-Re Philippe għall-għajnuna kontinwa li l-Belġju ta fir-restawr tal-arazzi tal-Kon–Katidral ta’ San Ġwann. L-Ambaxxatur Azzopardi awgura lir-Re fil-futur jżur Malta fi żjara Statali, liema proposta intlaqgħet tajjeb.

L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kien ukoll akkumpanjat mis-Sur Stefan Muscat, First Secretary u   Konslu-Ġenerali mill-Ambaxxata Maltija għar-Renju tal-Belġju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow