L-AMBAXXATRIĊI TAT-TURKIJA GĦAL MALTA TAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
Illum, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Dr Anġlu Farrugia, kellu laqgħa ta’ kortesija mill-Ambaxxatriċi tar-Republika tat-Turkija għal Malta, l-Eċċellenza Tagħha Ms Ayşe Sezgin.
Matul il-laqgħa, l-iSpeaker laqa’ stedina mill-President tal-Grand National Assembly tat-Turkija, l-Eċċellenza Tiegħu Cemil Çiçek, biex jagħmel żjara fit–Turkija fix-xhur li ġejjin. L-iSpeaker tenna wkoll is-support ta’ Malta għall-kandidatura tat-Turkija għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja, basta li t-Turkija tissodiusfa l-kriterji kollha meħtieġa.
Fost temi ta’ nteress għaż-żewġ naħat li ġew diskussa jinkludu l-possibilta` ta’ żjara ta’ l-ogħla livell f’Malta mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija, il-laqgħa li se ssir f’Ankara x-xahar id-dieħel mill-Joint Economic and Trade Committee, is-servizzi offruti mit-Turkish Airlines kif ukoll ir-rwol tal-Unjoni Ewropea
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en